Left arrow Go Back

FESTIVAL B’DIFFERENZA FIL-VALLETTA WATERFRONT

PR1176
Date Icon 23/08/2006

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura l-Epoka Festival fil-Valletta Waterfront. Hu saħaq li din is-sena kienet sena rekord ta’ attivitajiet kulturali li għandhom l-iskop li jferrħu lill-Maltin u fl-istess waqt ikunu attrazzjoni turistika.  

Din hija t-tieni darba li dan il-festival kien qed jiġi organizzat fil-Valletta Waterfront,  li din  is-sena għandu t-tema ‘Celebrating Maltese Roots’. 

Il-produzzjoni tal-Festival Epoka din is-sena ġiet afdata lil Synergix Events Group, kumpannija ewlenija ta’ avvenimenti li għal dawn l-aħħar 12-il sena iffokat fuq in-niċċa turistika tal-Konferenzi u l-Inċentivi. 

Fil-Festival ta’ din  is-sena se tingħata l-ħajja lill-epoka tas-sittinijiet sad-disgħinijiet, epoka li matulha ssaqqew l-għeruq għall-identita’ tradizzjonali Maltija espress b’mod aktar kontemporanju. 

Matul dan il-Festival se jkun hemm żfin klassiku u żfin folk, kant, kanzunetti  b’ton komiku, il-festa tradizzjonali u popolari Maltija bil-banda, bejgħ ta’ qubbajt u mqaret. Se jkun hemm ukoll ħwienetb’varjeta’ ta’ snajja’ tradizzjonali bħall-ġebla Maltija, filigranu, ‘wicker’, insiġ, bizzilla u fuħħar. Se jkun hemm ukoll prodotti ta’ ikel Malti bħal ħxejjex fil-pikless, delikatezzi, għasel, imbid tal-frott maħdum fid-dar u ġelati.  Fost l-attivitajiet se jkun hemm il-bini ta’ girna u wirja ta’ strumenti mużikali antiki u tradizzjonali u għodda tal-barrieri.  

Attivita’ oħra hi ‘Il-Bankett mal-Kavallieri’ bi drama, ikel u xorb. Matul il-ħamest ijiem tal-festival se jkun organizzat ukoll logħob għaż-żgħażagħ u għal dawk żgħażagħ fil-qalb. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-festival kien jolqot mill-qrib  lis-settur tat-turiżmu kulturali li hu fost l-aktar niċeċ importanti ta’ l-industrja tat-turiżmu. Hu qal li l-fatt li Synergix Events Group kienu qed jorganizzaw il-Festival ta’ din is-sena kien jagħti messaġġ ċar li fil-qasam turistiku - jekk irridu nsaħħu u ntejjbu l-prodott ridna bilfors inkunu professjonali. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-festival kien qed jimla vojt fil-kalendarju kulturali lokali u għalhekk kien xieraq li nappoġġjawh, u appella lil Maltin biex huma wkoll jagħtu l-appoġġ tagħhom billi jiffrekwentawh kif għamlu s-sena l-oħra. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow