KONSULTAZZJONI PUBBLIKA – RAPPORT NAZZJONALI FUQ STRATEĠIJI DWAR IL-PROTEZZJONI SOĊJALI U L-INKLUŻJONI SOĊJALI
Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jistiednu lill-pubbliku biex jipparteċipa f’konsultazzjoni dwar ir-Rapport Nazzjonali fuq Strateġiji dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali.
Dan ir-rapport jinkorpora erba’ oqsma li l-għan tagħhom huwa li jfassal strateġija nazzjonali fuq diversi setturi li jirrigwardjaw il-promozzjoni ta’ l-inklużjoni soċjali. Dawn l-erba’ oqsma huma: l-Istrateġija Ġenerali, il-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar l-Inklużjoni Soċjali, ir-Rapport Nazzjonali ta’ Strateġija dwar il-Pensjonijiet, u l-Istrateġiji Nazzjonali dwar is-Saħħa u l-Kura fit-Tul. Wieħed jista’ jniżżel dan id-dokumenti billi jżur il-website www.mfss.gov.mt
Il-perjodu ta’ konsultazzjoni jiftaħ nhar il-Ħamis, 24 ta’ Awissu u l-pubbliku huwa mistieden jibgħat il-kummenti tiegħu sa nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Settembru. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu bl-email lilsocialinclusion@gov.mt jew bil-posta ndirizzati lil Uffiċċju għall-Inklużjoni Soċjali, Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Palazzo Ferreria, 310, Triq ir-Repubblika, il-Belt, CMR 02.
Għall-aktar tagħrif il-pubbliku jista’ jikteb lil Uffiċjali għall-Inklużjoni Soċjali fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali fuq socialinclusion@gov.mt jew iċempel fuq 2590-3217 jew 2590-3219.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958