Left arrow Go Back

L-MTA BI PROGRAMM SPECJALI TA’ TINDIF GHAX-XHUR TAS-SAJF

PR1164
Date Icon 18/08/2006

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, waqt l-“Oil Pollution Awareness Campaign” fil-Ġonna Indipendenza, Tas-Sliema, qal li ingredjent importanti biex pajjiżna jattira aktar turisti kien l-indafa. Hu qal li l-Gvern kien qed jagħmel ħiltu biex pajjiżna jinżamm nadif iżda kienet meħtieġa l-kooperazzjoni ta’ kulħadd.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura kien responsabbli mit-tindif tal-bajjiet u minn tindif ta’ skart f’wiċċ il-baħar. Hu qal li mis-sena l-oħra l-Ministeru, permezz ta’ l-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta, beda jagħti servizz speċjali ta’ tindif u ġbir ta’ l-iskart fix-xhur tas-Sajf f’inħawi turistiċi.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li dan is-servizz, li din is-sena ser jiswa lill-MTA Lm47,000, qed jingħata apparti dak li jingħata mill-Kunsilli Lokali. Hu qal li dan is-servizz addizzjonali  jitwettaq bejn il-15 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Settembru.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li ż-żamma tal-pajjiż fi stat ta’ indafa kienet priorita’ assoluta jekk ridna nagħtu dehra tajba ta’ pajjiżna lil dawk kollha li jżuruna. Hu qal li fi żmien meta il-kompetizzjoni fil-qasam turistiku kienet waħda iebsa ridna noffru prodott aħjar u l-indafa kienet ingredjent ewlieni.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura appella għas-sens ċiviku tal-poplu Malti. Hu tenna li jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed, fl-istess direzzjoni, ma kellux dubbju li s-settur turistiku seta’ jirpilja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow