Left arrow Go Back

IL-PROĠETT TAL-PERCHED BEACH F’BUĠIBBA

PR1159
Date Icon 17/08/2006

B’referenza għall-kumment li ta s-Sur Mark Causon ta’ l-Alternattiva Demokratika dwar l-isbokk ta’ drenaġġ faċċata tal-perched beach f’Buġibba li deher f’sezzjoni ta’ l-istampa, hu assolutament mhux minnu li s-sistema tad-drenaġġ indifnet taħt ir-ramel biex il-problema tintesa. Is-Sur Causon messu iċċekja qabel għaġġel fil-konklużjonijiet tiegħu u qabel ta informazzjoni żbaljata li tagħmel ħsara lis-settur turistiku.

Il-fatti huma dawn: Bħala parti mill-proġett għall-perched beach il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura ddeċieda li biex ma jmurx aktar drenaġġ fil-baħar minn boathouses li hemm fl-inħawi jqabbad is-sistemi tad-drenaġġ ta’ l-istess boathouses ma’ sentina li nbniet biex tieħu d-drenaġġ tal-Public Convenience li saret bħala parti mill-perched beach.

Meta l-‘Environment Health Unit’ tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ħarġet avviż li ma setax isir għawm faċċata tal-perched beach il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura nvestiga x’kien qed iwassal biex id-drenaġġ qed jisbokka fil-baħar. Instab pajp tad-drenaġġ ta’ tnejn mill-boathouses li kien qed jisbokka direttament fil-baħar.

Minħabba li l-kuntrattur li qed jaħdem fuq dan il-proġett bħalissa jinstab bix-shutdown, il-pajp inqata’ u intefa’ fuq kanal li tħaffer apposta b’mod temporanju biex jieħu dan id-drenaġġ fis-sentina. Il-kanal tgħatta bil-bricks biex ma jkunx hemm inkonvenjent. Sadattant is-sentina qed titbattal filgħodu u filgħaxija biex ma jkunx hemm sbokki ta’ drenaġġ fil-baħar.

Wara din l-operazzjoni u wara li saru l-analiżi meħtieġa, id-Dipartiment tas-Saħħa kkonferma lill-Ministeru li l-baħar faċċata tal-perched beach f’Buġibba hu issa rrikmandat biex isir għawm fih.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow