Left arrow Go Back

IL-GVERN JIBDA L-PROĊESS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAT-TAQSIMA TAL-GASS FIL-KORPORAZZJONI ENEMALTA

PR1144
Date Icon 10/08/2006

Il-Gvern, permezz tal-Privatisation Unit, minn għada ser jibda l-proċess pubbliku tal-kummerċjalizzazzjoni tat-Taqsima tal-Gass fil-Korporazzjoni Enemalta. Dan ser isir f’sejħa pubblika għall-offerti. 

Dan hu konsistenti mal-politika tal-Gvern li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tikkonċentra l-operat tagħha fuq il-funzjoni ċentrali tagħha, jiġifieri l-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ l-elettriku.  

Minħabba li s-settur tad-distribuzzjoni taż-żjut u l-gassijiet f’Malta qed jiġi lliberalizzat, m’għadux jagħmel sens għall-Gvern li jibqa’ jopera f’dawn is-setturi u jikkompeti mal-privat. 

Mingħada, investituri interessati, ser jiġu mistiedna jagħmlu l-proposti tagħhom fi proġett li jinkludi l-bini, l-operat għal 30 sena u t-trasferiment f’forma ta’ konċessjoni ta’ l-operat ta’ l-ibbottiljar u l-ħażna tal-gass. 

Il-Gvern qiegħed joffri lil min jintgħażel wara din is-sejħa pubblika li għal issa jibqa’ jopera l-impjant ta’ l-ibbottiljar fil-Qajjenza. Iżda oġġettiv ċentrali tal-proċess tal-kummerċjalizzazzjoni u li jwassal għall-egħluq ta’ l-impjant fiż-żona residenzjali tal-Qajjenza. 

L-offerent li jintgħażel se jkollu f’idejh il-permessi ta’ l-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jiżviluppa impjant ġdid u ikbar t’ibbottiljar tal-gass f’Bengħisa. Madankollu l-offerenti se jkollhom il-possibiltà jagħmlu proposti alternattivi ta’ fejn għandu jkun l-impjant. 

Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ l-ibbottiljar u t-tqassim tal-gass għandha ttejjeb il-livelli preżenti ta’ sigurtà ta’ provvista u ta’ servizz u twassal biex il-Liquid Petroleum Gas ikun aktar aċċessibbli. Qed tinħoloq ukoll l-opportunità li jiġu pprovduti prodotti oħra bħal autogas u oħrajn. 

Is-sejħa pubblika għall-offerti tagħlaq fl-20 t’Ottubru 2006.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow