Left arrow Go Back

JIDĦOL FL-AĦĦAR FAŻI X-XOGĦOL TA’ RESTAWR FIL-KAPPELLA TAL- MADONNA TAD-DULURI

PR1136
Date Icon 08/08/2006

L-attrezzament kif jixraq lis-sezzjoni tar-restawr qed iħalli l-frott mixtieq. Ix-xogħol studjat, delikat u speċjaliżżat li qed isir f’din il-kappella juri bl-aktar mod ċar kif il-professjonisti,  wara li studjaw bir-reqqa l-problema, fasslu l-interventi sabiex ħaddiema speċjalizzati setgħu jwettqu x-xogħlijiet meħtieġa. Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta kien qed iżur l-aħħar fażi ta’ xogħlijiet li qed isiru fuq ġewwa tal-Kappella tad-Duluri fil-Pieta’. 

Ix-xogħol seta’ jinbeda wara li f’April ta’ l-2001 kien sar studju fuq perjodu ta’ sena u nofs fuq l-ammont ta’ umdita` li jżommu l-ħitan ta’ din il-kappella u kif dan l-ammont ta’ umdita` jinbidel matul is-sena.  Kontemporanjament ma’ dawn l-istudji, bdew jitneħħew kisjiet ħoxnin  ta’ siment, qatran, jablo u kif ukoll passati ta’ tikħil li kienu saru matul iż-żmien bħala interventi sabiex iwaqqfu l-umdita’ fil-ġebla u tfarfir kontinwu bħala konsegwenza naturali ta’ din l-istess umdita`. Dawn l-interventi kienu għamlu ħafna aktar ħsara fuq il-ġebla peress li għalqu l-pori kollha tal-ġebla u għaldaqstant d-deterjorazzjoni seħħet b’mod aktar mgħaġġla. 

Il-Ministru spjega li sar ukoll ħafna xogħol ieħor biex jiġi evitat l-ammont ta’ ilma li daħal  mill-ħitan tal-kappella. Dan ix-xogħol kien jinkludi water proofing fuq il-bejt kollu tal-kappella u tal-kunvent, tħaffir ta’ trinka fuq wara tal-kappella sabiex l-ilma mill-ġnien li jinstab fuq in-naħa ta’ wara ma’ jkunx jista jmiss mal-ħajt, kif ukoll tħaffru ħafna test holes sabiex jiġi vverifikat jekk hemmx xi ġwiebi magħluqa fil-viċinanzi. Biex jiġi assigurat li ma jippenetrax ilma tax-xita ġol-kappella, tħaffer kanal ta’ madwar sitt piedi fond mad-dawra tal-kappella kollha, liema kanal intradam biż-żrar wara li tpoġġiet xibka speċjali magħrufa bħala geotextile . 

L-istudji kkonkludew li, minħabba l-ammont sostanzjali ta’ l-umdita` fil-ħitan hu wieħed għoli, l-unika soluzzjoni biex tiġi kkonservata l-kappella kienet l-applikazzjoni ta’ macro porous plaster li bdiet tiġi applikata fil-bidu ta’ din is-sena.  Din it-tahlita tikkonsisti f’tikħila li tiġi applikata f’kisja ħoxna magħrufa bħala sacrificial layer.  Dan it-tip ta’ proċess wassal ukoll biex jiġu skoperti u mikxufa features arkitettoniċi li issa ġew restawrati.

Xogħlijiet ta’ din in-natura jirrikjedu dedikazzjoni u speċjalizazzjoni. Xogħol simili sar fuq diversi statwi fl-irħula ta’ pajjiżna bħalma huma l-istatwi ta’ Santa Marija u tal-Madonna ta’ Lourdes fil-Qrendi, ta’ San Gużepp f’Hal-Lija, xogħol li sar fuq il-gallarija tal-Palazz tal-President fil-Belt u xogħol li ntemm riċentament fuq l-istatwa ta’ San Lawrenz fil-Birgu. 

Il-Ministru Ninu Zammit temm jgħid li x-xogħol kollu ta’ restawr fil-kappella tal-Madonna tad-Duluri, inkluż il-pagi tal-ħaddiema, ser jiġi jiswa madwar Lm22,000. Minn din is-somma Lm10,000 qed ikunu ffinanzjati mill-Kurja ta’ l-Arcisqof bħala ħlas fuq il-materjal. Ix-xogħol hu mistenni li jitlesta sa’ l-aħħar ta’ Settembru 2006. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow