Left arrow Go Back

GĦAJNUNA MILL-FRONTEX LILL-PULIZIJA MALTIJA FIL-QASAM TA’ L-IMMIGRAZZJONI

PR1120
Date Icon 04/08/2006

Fuq talba tal-Gvern Malti, l-aġenzija Ewropea tal-Fruntieri l-FRONTEX bagħtet sitt esperti fl-immigrazzjoni li offrew Stati Membri differenti, sabiex jgħinu lill-Pulizija Maltija ta’ l-Immigrazzjoni fl-eqqel tas-Sajf.   

Dawn is-sitt esperti diġà waslu Malta u qed jgħinu lill-Pulizija fl-identifikazzjoni tan-nazzjonalità ta’ l-immigranti illegali li jidħlu Malta.  Din l-għajnuna hija importanti peress li ħafna drabi, immigranti jgħidu li ġejjin minn pajjiż, meta fil-fatt ikunu ċittadini ta’ pajjiż ieħor. 

Fil-fatt uffiċjali għolja mil-FRONTEX diġà żaru Malta fi tliet okkażjonijiet f’dawn l-aħħar tliet xhur, biex iħejju dan il-pjan ta’ għajnuna.  Fil-fatt, wara li ġew Malta tliet darbiet, huma marru għall-ewwel darba f’Lampedusa. 

Dan qed jiġi ppreciżat peress li l-kelliem ewlieni ta’ l-Oppożizzjoni ghall-Intern, l-Onor. Gavin Gulia, riċentement staqsa għaliex il-membri tal-FRONTEX marru Lampedusa qabel ma ġew Malta.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow