Left arrow Go Back

SERVIZZI U BENEFIĊĊJI GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ

PR1111
Date Icon 02/08/2006

Waħda mill-akbar diffikultajiet li jiltaqgħu magħha persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom hi n-nuqqas ta’ informazzjoni korretta dwar is-servizzi u l-benefiċċji li s-socjetà tagħna toffri ħalli jiġu assigurati opportunitajiet indaqs u l-ogħla kwalità ta’ ħajja possibbli.

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, sa mill-ewwel snin tat-twaqqif tagħha, għarfet dan il-bżonn kbir u indirizzatu billi fl-1991 ġabret din l-informazzjoni fi ktejjeb “Servizzi u Beneffiċċji għall-Persuni b’Diżabilità”. Naturalment, din l-informazzjoni biex tkun effettiva trid tkun aġġornata. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għadha kemm ippubblikat il-ħames edizzjoni ta’ dan il-ktejjeb.

L-Onor. Dolores Cristina, Ministru tal-Familja u Solidarjetà Socjali, ippreżentat din l-edizzjoni nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Awissu. Hi saħqet dwar il-bżonn li persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom jinżammu nfurmati ħalli huma ma jitilfu xejn minn dak li hu tagħhom. Il-Ministru Cristina żiedet tgħid li “il-professjonisti kollha u dawk li jaħdmu mal-persuni b’diżabilità għandhom iżommu ruħhom aġġornati ħalli jkunu jistgħu jgħinu b’mod mill-aktar effettiv lill-klijenti tagħhom. Dan il-ktejjeb hu għodda effettiva biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.” Il-Ministru Cristina ferħet ukoll lil Kummissjoni għax-xogħol siewi li qed tagħmel f’dan il-qasam.

Il-ktejjeb hu mqassam f’16-il taqsima, skond it-tip ta’ servizz. Dan jinkudi: is-Saħħa, l-Edukazzjoni Speċjali, l-Impjiegi, is-Servizzi ta' Matul il-Jum għall-Adulti b’Diżabilità, is-Sigurtà Soċjali, id-Djar, is-Servizzi Residenzjali, it-Trasport, Servizzi fil-Komunità, il-Karta ta’ l-Identità Speċjali, Għajnuniet Speċjali għall-Persuni b’Diżabilità, l-Informatika, Servizz Spiritwali, il-Ħin Liberu, Għarfien Pubbliku, u Taħrig u Riċerka. Hemm ukoll 3 kapitli dwar organizzazzjonijiet li jaħdmu f’dan il-qasam: Għaqdiet Mhux Governattivi li jipprovdu servizz, Għaqdiet Volontarji Nazzjonali, u Għaqdiet Volontarji Lokali fuq il-livell ta’ parroċċi u kunsilli.

Il-Ministru Cristina ppreżentat kopji ta’ dan il-ktejjeb lis-Sur Marcel Pisani, Chief Operations Manager ta’ l-Aġenzija SAPPORT, biex hu jqassmu lill-ħaddiema ta’ din l-Agenzija, l-aktar lis-social workers li jkollhom bżonn din l-informazzjoni aġġornata. Il-preżentazzjoni saret fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali, f’Santa Venera, fil-preżenza tas-Sur Joseph Camilleri, chairman tal-KNPD, u s-Sur Fred Bezzina, Direttur Eżekuttiv u editur ta’ dan il-ktejjeb.

Għalkemm il-ktejjeb hu ppubblikat bil-Malti, il-Kummissjoni tipprovdi verżjoni bl-Ingliż lil min jitlobha. Għandha wkoll verżjoni awdjo u b’tipa kbira għal min għandu bżonnha f’dan il-format, l-aktar minħabba problemi ta’ vista

Il-verżjoni bil-Malti u bl-Ingliż tinsab ukoll fuq il-website tal-Kummissjoni: www.knpd.org

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed taħdem biex ikun hemm ukoll verżjoni aktar addatta għall-persuni b’nuqqas intellettwali kif ukoll verżjoni bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija għal dawk li l-ewwel lingwa tagħhom hi dik tas-sinjali. Il-Kummissjoni tagħti kopja ta’ dan il-ktejjeb bla ħlas lil kull min jitlobha - kemm persuni b’diżabilità kif ukoll persuni li jaħdmu magħhom

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow