Left arrow Go Back

L-Orgni tal-Kon Kattidral ta’ San Ġwann - ProĠett ieħor finanzjat mill-ħames protokoll Taljan

PR1077
Date Icon 25/07/2006

Il-proġett ta’ l-orgni tal-Kon Kattidral ta’ San Ġwann huwa l-aħħar proġett ta’ restawr li sar mill-ħames protokoll finanzjarju Taljan. L-iskop ewlieni ta’ dan il-proġett kien proprju li dan l-orgni tas-seklu 16 jiġi restawrat u li jerġa` jibda jitħaddem b’mod modern. 

Waqt li kien qed iżur l-aħħar ftit xogħlijiet, il-Ministru Ninu Zammit spjega li, oriġinarjament, l-orgni kien jinsab fil-Kon Kattidral u wara ttieħed fl-Oratorju. Madankollu baqa’ jintuża sal-bidu tas-seklu 20, fejn minħabba l-ħsarat estensivi li kellu, ma baqax jintuża. 

Il-Ministru żied jgħid li r-restawr fuq l-orgni kien wieħed kumpless u speċjalizzat u kien maqsum fuq żewg fażijiet. L-ewwel fażi ta’ dan il-proġett kien proprju r-restawr tal-kaxxa ta’ l-injam ta’ l-orgni mid-ditta MC Restauri bi spiża ta’ madwar Lm 25,000. Jassisti fil-proġett kien hemm ir-restawratur Malti Josef Aquilina. F’din l-ewwel fażi kellhom jiġu magħmula mill-ġdid ħafna partijiet nieqsa fejn wara dan kollu, l-orgni reġa` ngħata d-dehra oriġinali li kellu. 

It-tieni fażi ta’ dan ir-restawr kienet il-parti mużikali ta’ l-orgni. Dawn il-partijiet ttieħdu Padova, fl-Italja, fejn id-ditta Fratelli Ruffati, għamlu r-restawr tagħhom bl-ispiża ta’ madwar Lm 67,000. Fost d-diversi xogħlijiet kumplessi li saru kien hemm ir-restawr ta’ kanen oriġinali b’sistemi innovattivi u saru mill-ġdid il-kanen sekondarji.  

It-tastiera ukoll saret mill-ġdid peress li din kienet kważi nieqsa kompletament u sar ħafna xogħol ta’ ċertu dettal minħabba l-fatt li parti essenzjali tal-mekkaniżmu li jħaddem l-operat sofistikat ta’ l-orgni, kien nieqes. Wara dan kollu ġiet restawrata s-sistema l-qadima ta’ l-orgni, fejn saret sistema ġdida li biha jista’ jitħaddem mill-ġdid dan l-orgni. Sar ukoll studju intensiv fuq in-noti li kien hemm nieqsa.  Ix-xogħol ta’ restawr fuq dan l-orgni huwa ppjanat li jiġi fi tmiemu fl-aħħar ta’ Awissu. 

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura ukoll iffinanzja parti mill-ispiża ta’ dan il-proġett li tammonta għal madwar  Lm 22,000. 

Fl-aħħarnett il-Ministru Ninu Zammit qal li r-restawr ta’ dan l-orgni jgħaqqad il-kullana ta’ xogħlijiet prezzjużi u speċjalizzati li saru mill-Gvern fil-Kon Kattidral ta’ San Gwann. L-investiment li hu msarraf f’xogħol fil-Cappella d’Italia u issa wkoll fuq l-orgni, juri l-kollaborazzjoni bejn żewġ pajjiżi girien li flimkien wettqu xogħol favur wirt storiku u komuni liż-żewġ Stati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow