Left arrow Go Back

TKOMPLI L-KOLLABORAZZJONI FIL-QASAM TA’ L-EDUKAZZJONI OGĦLA BEJN MALTA U L-LIBJA

PR1071
Date Icon 25/07/2006

Il-grupp ta’ ħidma mwaqqaf bejn Malta u l-Libja għal kollaborazzjoni fi proġetti fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla ltaqa’ f’Malta f’dawn il-ġranet biex ikompli jwettaq inizjattivi edukattivi.  Il-grupp twaqqaf wara ż-żjara uffiċjali li l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr Louis Galea għamel fil-Libja f’Mejju li għadda. 

Id-delegazzjoni Libjana kienet immexxija mis-Sotto Segretarju fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni Ogħla Libjana, Dr Abdelkabir Al Fakhry.  Dan kien akkumpanjat minn Dr Suleiman Khoja, Dr Mohamed Sanusi Ben Amer, Rettur ta’ l-Universita Omar El Mukhtar, u Dr Mohamed Muftah, Rettur ta’ l-Universita ta’ Sebha.  L-Ambaxxatur Libjan għal Malta, Dr Saad A.E. Elshmani, attenda wkoll għat-taħditiet.   

Id-delegazzjoni Maltija tmexxiet mis-Sur Frans Borg, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, is-Sinjorina Micheline Sciberras, Direttur ta’ l-Iżvilupp tal-Politika u ta’ l-Implimentazzjoni ta’ Programmi, is-Sur Mario Buttigieg, Direttur UE u Relazzjonijijet Internazzjonali, u s-Sinjura Louise Cutajar Davies, Uffiċjal Edukattiv tar-Relazzjonijiet Internazzjonali. 

Il-grupp ta’ ħidma kellu laqgħat mal-Ministru Louis Galea u ma’ uffiċjali għolja ta’ l-Universita’ ta’ Malta u ta’ l-MCAST.  Fil-laqgħat ġew diskussi u ppjanati proġetti konkreti fejn iż-żewġ pajjizi se jikkollaboraw fil-qasam ta’ edukazzjoni ogħla.  Fost dawn il-proġetti diskussi, ġie deċiż li Malta u l-Libja jaħdmu flimkien fuq proġetti li jikkonċernaw it-trasferimenti ta’ credits f’istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, u fuq programm ta’ tagħlim u taħriġ fl-Ingliż, l-agrikoltura, l-arkeoloġija, l-lingwa Għarbija, u programmi ewro-mediterranji. 

Il-grupp ta’ ħidma fassal programm ta’ ħidma u għandu jerġa’ jiltaqa’ fil-Libja fil-bidu tas-sena d-dieħla.  Il-Ministru Louis Galea fil-laqgħa tiegħu mal-grupp ta’ ħidma sostna li ż-żmien huwa tajjeb biex din il-kollaborazzjoni tikber u tagħti frott.  “L-edukazzjoni saret iċ-ċentru ta’ kull attivita’ u proċess.  L-edukazzjoni hija l-bażi ta’ kull aspett ta’ ħajjitna – l-ambjent, il-paċi, l-ekonomija u anke s-saħħa.  Meta ntejjbu l-edukazzjoni, nkuni qegħdin intejjbu l-mod kif ngħixu.  Bejn Malta u l-Libja minn dejjem kien hemm rispett kbir, u din il-bażi tipprovdi l-opportunita` biex din il-kollaborazzjoni tkun ta’ ġid għaż-żewġ nazzjonijiet,”  temm jgħid il-Ministru Louis Galea. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow