Left arrow Go Back

JITLESTEW XOGHLIJIET TA’ TISBIH FIL-PJAZZA TRASFIGURAZZJONI F’HAL-LIJA

PR1051
Date Icon 18/07/2006

Investiment ta’ ‘l fuq minn Lm250,000 f’tisbih
tac-centri ta’ l-irhula matul l-ahhar tlett snin

“Ix-xoghol li sar fl-ahhar tlett snin kien mifrux f’diversi lokalitajiet madwar Malta, bil-ghan li l-irhula f’pajjizna jinghataw dehra isbah u tohrog il-karatteristika tar-rahal tipikament Malti. Il-pjazza ta’ Hal- Lija tkompli l-kullana ta’ progetti ta’ tisbih fic-centri ta’ l-irhula li fl-ahhar tlett snin il-Ministeru investa ‘l fuq minn kwart ta’ miljun lira f’dan ir-rigward.” 

Dan qalu l-Ministru tar-Rizorsi u Infrastruttura Ninu Zammit meta kien qed izur it-tlestija tax-xoghlijiet marbuta mat-tisbih tal-pjazza Trasfigurazzjoni f’Hal-Lija. Ix-xoghlijiet f’din il-pjazza bdew f’Jannar ta’ din is-sena u tlestew kif miftiehem f’Gunju li ghadda. Dawn ix-xoghlijiet ghal darba ohra saru kollha mill-haddiema tad-diversi sezzjonijiet fi hdan il-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura u l-ispiza globali nkluz il-pagi tal-haddiema kienet ta’ madwar Lm45,000. Ix-xoghlijiet kienu jinkludu kemm kostruzzjoni ta’ bankini wesghin, thaffir ta’ trinek, manifatturar ta’ street furniture u pavimentar. Ix-xoghol primarju kien jinkludi il-qlugh tal-bankina precedenti, tqeghid ta’ servizzi u livellar gdid qabel l-ghoti tas-sub-base tal- konkos. 

Il-Ministru Zammit kompla jispjega u qal li wara li nqala’ l-wicc antik gew mghoddija ‘l fuq minn 1,000 metru tul ta’ pajpijiet li minnhom ghaddew il-cables ta’ l-elettriku. Ma’ dawn gew mghoddija wkoll mill-gdid il-mejnijiet ta’ l-ilma kif ukoll gew mibnija mill-gdid il-manholes kollha tad-drenagg, li f’din l-area kien hawn madwar 15-il wahda. Fattur interessanti, li qed isir prattikament f’kull pjazza li qed tigi rrabilitata, hu t-tnehhija tal-wires ta’ l-elettriku minn mal-bini tal-madwar ghal taht l-art, bil-ghan li l-estetika tal-bini tkun tista aktar titgawda minghajr xkiel. 

Wara li saru s-servizzi kollha inghatat sodda tal-konkos li fuqha gie mpoggi madwar 1,400 metru kwadru ta’ pavimentar u maghhom tpoggew madwar 589 metru tul ta’ kurduna inkluz dawk ta’ madwar is-sigar. Il-madum li ntuza huwa simili ghal dak li qed jigi mpoggi taht l-arkati ta’ l-akwadott u huwa tat-tip griż b’kuluri u patterns differenti biex johloq id-disinn mfassal. B’finanzjament mill-Kunsill Lokali gew mixtrija 34 arblu tad-dawl dekorattiv li jikkumplimentaw mal-progett u  l-ambjent tal-madwar. Is-sistema ta’ lluminazzjoni giet mahduma b’tali mod li tohloq effett simetriku u dawl adekwat minghajr ma’ ddejjaq ir-residenti fil-pjazza. Ma’ dawn gew installati wkoll numru ta’ bankijiet ta’ l-injam b’materjal li jiflah ghall-elementi tal-klima b’disinn li jkompli jaghti dehra isbah lil dan ic-centru ta’ Hal-Lija.  

Il-Ministru Ninu Zammit tenna li d-disinn u l-implimentazzjoni ta’ dan il-progett juri s-serjeta u l-ghaqal li bih qed jigu mplimentati l-progetti mill-Ministeru. Dan qed isir ghax filwaqt li fid-disinn qed jigu osservati u rrispettati l-ambjent u l-karatteristici tac-centri ta’ l-irhula Maltin, fl-implementazzjoni tal-progett qed jintuzaw materjali li kumplessivament qed ikomplu jghollu l-livell tal-kwalita u jzejnu l-aspett kulturali li kull centru lokali hu mghoni bihom.Wara li tlestew il-pjazez tal-Mellieha, Hal-Safi, Hal-Kirkop u issa Hal-Lija issa ser jitkomplew il-pjazez ta’ B’Buga, iz-zuntier tal-Knisja parrokkjali taz-Zurrieq u c-centru tar-rahal tal-Qrendi.  

“Din hi il-politika li giet addotata fl-ahhar snin, u hekk se nkomplu naghmlu fix-xhur u s-snin li gejjin ghax b’dan il-mod inkunu qed nilhqu oggettiv iehor fil-miri taghna, dak  li l-aspett kulturali ta’ pajjizna jigi mtejjeb u ndukrat”, stqarr il-Ministru Ninu Zammit 

Fl-aħħarnett il-Ministru Ninu Zammit irringrazzja lill-Periti u l-ħaddiema li kienu nvoluti f’dan il-proġett kif ukoll lill-Kunsill Lokali li bil-kontribut siewi tagħhom, ix-xogħol twettaq fiż-żmien stipulat filwat li huwa ta’ l-ogħla livelli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow