Logħob tal-FISEC f’Kecskemet l-Ungerija - Titħabbar uffiċjalment l-iskwadra Maltija
PR1050
18/07/2006
“Ta’ spiss nisimgħu lill min jisħaqq fuq l-importanza ta’ l-isport għal ġisem u l-moħħ, iżda jien nemmen li l-isport huwa ta’ importanza għall-iżvilupp tal-karattru wkoll. Barra minn hekk permezz ta’ l-għalliema u l-coaches tagħhom dawn iż-żgħażagħ qed ikabbru l-abilitajiet u l-kapaċitajiet tagħhom, jitgħallmu jkunu parti minn tim u jkabbru l-kunfidenza fihom infushom.”
Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr. Louis Galea, waqt l-awgurju lill-atleti kollha li ser jirrappreżentaw lil Malta f’din l-edizzjoni tal-FISEC, fejn b’kollox din is-sena ser ikun hemm 1,100 kompetitur minn 15-il pajjiż differenti. Il-Ministru kien qed jippreżenta cheque ta’ Lm4,000 f’isem il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) lill-kontinġent Malti li l-ġimgħa d-dieħla mistenni jivvjaġġa lejn Kecskemet fl-Ungerija biex jieħu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-logħob tal-FISEC li ser jsiru bejn l-20 u s-26 ta’ Lulju. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, is-Sur Franco Azzopardi kien ukoll preżenti għal din il-preżentazzjoni. Il-kontinġent hu magħmul minn disgħin persuna bejn uffiċjali, coaches u atleti. Il-lista finali ta’ l-atleti Maltin li se jipparteċipaw f’dan il-logħob tħabbret uffiċjalment miċ-chairman tal-kumitat Malti tal-FISEC, Brother Martin Borg f.s.c., waqt laqgħa li ġiet organizzata aktar kmieni din il-ġimgħa għall-istess atleti, coaches u anki ġenituri. Għal din il-laqgħa attendew uffiċjali tal-kumitat Malti u anki Louis Borg, Viċi President fil-FISEC International Bureau Ġenerali. Fl-introduzzjoni tiegħu, Brother Martin tkellem dwar l-importanza li tingħata llum lil dan il-logħob mill-assoċjazzjonijiet u l-atleti żgħażagħ Maltin. “Illum il-logħob tal-FISEC kompla jistabilixxi ruħu bħala l-ewwel tarġa li għandhom ħafna atleti Maltin f’dak li hu parteċipazzjoni internazzjonali. Jiena u l-kumitat tiegħi nħossuna kburin li kull sena qegħed nagħtu ċ-ċans lill-kontingent daqstant kbir ta’ atleti biex jipparteċipa f’logħob ta’ livell daqstant għoli,” ikkummenta Brother Martin.Dwar it-58 edizzjoni tal-logħob fl-Ungerija Brother Martin ikkonferma li għal darba oħra dan se jintlagħab f’kumplessi sportivi mill-aktar moderni u tenna li l-ispejjez għal kumitat Malti huma kbar speċjalment meta tqis li l-kumitat jissussidja l-ispejjez tal-parteċipazzjoni ta’ l-atleti u kull sena jforni lil kull atleta u coach, kit uffiċjali tal-FISEC. Tħabbret il-lista ta’ l-atleti li se jivvjaġġaw lejn l-Ungerija fejn Malta se tieħu sehem f’seba’ dixxiplini sportivi li huma l-atletika, l-għawm, il-futsal, basketball femminili, handball maskili, tennis u table-tennis. L-atleti magħżula huma:Atletika Bniet - Diane Borg, Martina Xuereb, Francesca Xuereb, Alessandra Pace, Tamara Vella, Juli Anne Grech, Yana Pace Cocks.Atletika Subien – Mark Bugeja, Andy Grech, Andrew Cassar Torreggiani, Vittorio Aquilina, Christian Attard, Alessandro Zerafa u Chris Magro.Il-coaches huma – Gino Mallia, Ralph Mifsud u Mark Farrugia.Għawm Bniet – Francesca Paolella, Melinda Sue Micallef, Talisa Pace, Nicole Cremona u Giannella Gauci.Għawm Subien – Andrea Agius, Adrian Buttigieg, Larkin Mallia, Quelin Zammit, Robert Micallef, Daniel Galea u Edward Caruana Dingli.L-għawwiema se jkunu immexxija minn Gail Rizzo.Tennis – Clayton Zammit, Denzil Agius, Jean Paul Schembri u Giovanni Selvaggi.Dawn se jkunu mħarrġa minn Anthony Cilia Pisani.Futsal – Luke Fenech, Luke Micallef, Christian Cacciattolo, Timmy Fleri Soler, Walter Farrugia, Neville Mifsud, Andre Gove, Carl Zammit, Shawn Agius u Franridge Schembri.It-team se jkun immexxi minn Michael Molzahn u Kevin Mamo.Basketball Bniet – Kelly Busuttil, Christine Grima, Emma Jane Moore, Samantha Tabone, Dana Mc Keon, Nicola Said, Gene Doughty, Melanie Muscat, Chanel Galea, Leanne Sciberras, Francesca Farrugia u Lonnike Calleja.Dawn se jitħarrġu minn Trudy Hopgood.Handball Subien – Neville Borg, Jerome Zammit, Terence Cassar, Daniel Tanti, James Farrugia, Maurice Meli, Lyden Zerafa, Peter Naudi, Andrea D’Amato, Albert Borg, Julian Delicata u Mark Borg. Il-coaches huma Milos Stanisavljevic u Matthew Mamo.Table Tennis – Daniel Vella u Stephan Grech bil-coach ikun David Pace.Barra dawn Leandros Calleja se jakkumpanja lill-grupp bħala masseur.Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958