Left arrow Go Back

Il-kampanja ‘Nibnu Pont’ tilħaq il-Qofol tagħha

PR1033
Date Icon 12/07/2006

Il-kampanja ‘Nibnu Pont’ li tnediet fi Frar li għadda, qed tilħaq il-qofol tagħha f’dawn il-ġranet hekk kif qed jittella’ camping nazzjonali mill-Malta Girl Guides fil-grounds tar-Residenza ta’ San Vincenz De Paule. Madwar 300 tifla, ilkoll membri tal-Girl Guides qed jipparteċipaw f’dan il-camping.

Dan il-camping jifforma parti minn proġett li beda fi Frar li għadda u li kien jikkonsisti minn żjarat ta’ kull ġimgħa, minn gruppi differenti ta’ Girl Guides minn madwar Malta kollha, kemm fir-residenza San Vinċenz kif ukoll fid-djar residenzjali għall-Anzjani.

Preżenti għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-camping kien hemm l-Onor. Louis Deguara, Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità u l-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità. Preżenti wkoll kien hemm is-Sinjura Sonia Camilleri, Kummissarju tat-Tfal, kif ukoll bosta ex-girl guides li issa huma residenti fid-djar għall-anzjani li hawn imxerrda madwar Malta.  

F’kummenti li tat l-Onor D’Amato qalet li l-għan ta’ dan il-programm kien li jqarreb lit-tfal u l-anzjani dejjem aktar lejn xulxin. Dan il-proġett għamilha wkoll aktar possibbli biex tfal u anzjani joħolqu relazzjoni bejniethom u biex jinħoloq djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet differenti. Hija qalet li l-anzjani u t-tfal m’għadhomx iqattgħu daqshekk ħin flimkien, u għalhekk din ir-rabta bejn il-ġenerazzjonijiet qiegħda dejjem tonqos. “Ħafna drabi t-tfal ma jifhmux biżżejjed il-bżonnijiet u l-kapaċitajiet ta’ l-anzjani, u minn naħa tagħhom l-anzjani ħafna drabi jinsew il-benefiċċji li jistgħu jircievu mingħand it-tfal. It-tfal għandhom dik l-enerġija u l-pożittività li tista’ tkun ferm ta’ benefiċċju għal dawn l-anzjani” qalet is-Sinjura D’Amato. “Din hi r-raġuni għaliex ħassejna l-ħtieġa għal proġett bħal dan.”

Il-Ministru Deguara qal li l-preżenza u l-kumpanija tat-tfal fost l-anzjani timla vojt fil-ħajja ta’ l-anzjani li bosta minnhom fir-rwol tagħhom ta’ nanniet ikunu għexu ħajja mdawrin bin-neputijiet. Din l-esperjenza barra nostalġija pożittiva li ġġib lill-anzjani  tpoġġi wkoll quddiem it-tfal ir-realtà  ta’ l-anzjanità. Barra minhekk attività bħal din tħalli esperjenza pożittiva fost it-tfal li bla dubju twassal biex tkabbar l-istima li t-tfal għandu jkollhom lejn l-anzjani inġenerali u mhux dawk biss fil-familja tagħhom.  Attivitajiet bħal dawn għandhom jingħataw kull inkoraġġiment għaliex huma għandhom valur kbir soċjali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow