AVVIŻ LILL-KONSUMATURI
Id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni, fi ħdan il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, tixtieq tappella lill-konsumaturi kollha sabiex joqogħdu attenti waqt ix-xiri tagħhom, speċjalment f’dan iż-żmien tal-Fiera.
Il-Fiera ġġib magħha diversi offerti speċjali u dawn ħafna drabi jwasslu għal xiri mgħaġġel u mhux daqshekk bil-għaqal. Għaldaqstant il-konsumaturi għandhom joqogħdu attenti li l-oġġetti li se jixtru huma ta’ kwalita’ tajba, jaraw ukoll x’tip ta’ garanzija kummerċjali qiegħda tiġi offruta u jiċċekkjaw eżatt x’inhuma l-kundizzjonijiet tal-bejgħ.
F’każ li l-oġġett mixtri ma jingħatax dak il-ħin, iżda jiġi ordnat permezz ta’ depożitu, il-konsumatur għandu joqgħod attent li jkollu bil-miktub id-data tal-kunsinna ta’ l-oġġett. Sakemm ma jkunx hemm raġuni valida, din id-data għandha tiġi onorata min-negozjant. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-konsumatur għandu dritt jikkanċella l-ordni u jitlob il-flus tad-depożitu lura.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958