Left arrow Go Back

INAWGURAZZJONI UFFIĊJALI TA’ ĠNIEN HASTINGS - INVESTIMENT TA’ LM350,000 OĦRA FIL-BELT VALLETTA

PR1021
Date Icon 07/07/2006

Matul dawn l-aħħar tlett snin ix-xogħlijiet li saru fil-Belt Valletta kienu estensivi u jvarjaw minn xogħlijiet ta’ tisbiħ f’ġonna pubblici u nazzjonali sa restawr ta’ kappelli u monumenti li huma sinonimi mal-Belt. Dan ix-xogħol se jkompli fi snin li ġejjin bil-għan li l-ambjent infrastrutturali tal-Belt Kapitali jkompli jiġi mtejjeb fuq standards għoljin. B’hekk il-Belt ta’ pajjiżna tkompli tiġi mżejna u ndukrata kif jixirqilha. Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit fl-inawgurazzjoni ta’ xoghol ta’ tisbih li sar fil-Gnien ta’ Hastings.

Ix-xogħol kollu f’dan il-ġnien sar mill-ħaddiema tal-Gvern fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Dan sar fi żmien stipulat b’investiment ta’ madwar Lm350,000 li jinkludi l-pagi tal-haddiema wkoll. Dan il-gnien ghandu area ta’ madwar 6,000 metru kwadru, u jigifieri akbar mill-gonna tal-Barakka ta’ Fuq u t’Isfel f’daqqa.

Ix-xogħol f’dan il-ġnien kien ivarja u kien jinkludi restawr tas-swar li jdawru l-ġnien, tqegħid tas-servizzi regolari li jsiru fil-ġonna bħal sistemi ta’ rrigazzjoni u sistemi ta’ l-elettriku, bini ta’ ħajt bi stil li jaqbel ma’ l-arkitettura tad-dawra tal-ġnien kollu fin-naħa tat-triq kif ukoll il-pavimentar tal-passaġġi u l-pjazez kollha skond disinn fuq stil Taljan. Ma’ dan kollu ma jonqosx il-garden furniture li normalment wieħed isib f’kull ġnien u dawn ukoll saru fuq disinnji li jikkumplementaw l-ambjent tal-ġnien. Inbniet mill-ġdid il-Gardjola u ġiet mibnija funtana f’waħda mill-pjazez li jinsabu f’dan il-ġnien.

F’ġonna ta’ dan il-livell dejjem inżammet il-prattika li l-materjal li jintuża għandu jkun ta’ kwalita għolja. F’Hastings ġie uzat il-granit bħala materjal kemm fil-pavimentar fil-pjazez u l-passaġġi kif ukoll fil-kurduna li tifred il-passaġġi mill-ħamrija. Biex jinħoloq texture differenti ġiet użata  ukoll ċangatura tal-franka. Il-materjal tal-pavimentar l-antik li kien jeżisti fil-ġnien kien sempliciment asphalt jew tarmak, materjal li ma jmurx ma’ ġonna ta’ din il-kwalita.

L-area kollha tal-pavimentar tal-ġnien hija ta’ ‘l fuq minn 5,000 metru kwadru u ta’ min jirrimarka li l-ġnien issa jista’ jservi wkoll bħala zona pedonali peress li l-passaġġi kollha jlaħħqu tul ta’ ‘l fuq minn kilometru.

Il-Ministru Ninu Zammit temm jghid li l-Gvern mhux se jieqaf hawn. Fix-xhur li ġejjin se jkompli x-xogħol ta’ restawr mhux biss fuq il-monumenti, iżda issa wkoll il-Ministeru se jimbarka fuq proġett ta’ restawr u konsolidament tas-swar, fortifikazzjonijiet u diversi bastjuni li jdawru l-Belt Kapitali tagħna, kif ukoll fuq il-pavimentar u t-tisbih ta’ l-ġnien maghruf bhala tal-Mall fil-Floriana.

Mhux hekk biss iżda qed jiġi mfassal ukoll Master Plan għall-Belt Valletta bil-għan li xogħlijiet u interventi infrasstrutturali fil-futur ikunu ibbażati fuq parametri xjentifiċi, ambjentali, soċjali u ekonomiċi. L-għan aħħari ta’ dan kollu ser ikun l-amalgamazzjoni ta’ dawn l-aspetti mal-ħarsien tal-wirt arkitettoniku, uniku u partikolari tal-Belt Valletta, liema taħlita għandha sservi bħala ħmira biex il-Belt Kapitali tibqa ħajja fil-preżent kif ukoll fil-futur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow