Left arrow Go Back

IL-KTIEB “MALTA’S PARLIAMENT: AN OFFICIAL HISTORY” DALWAQT IKUN GĦAL BEJGĦ - PREZZ SPEĊJALI TA’ QABEL IL-PUBBLIKAZZJONI

PR0994
Date Icon 03/07/2006

Il-ktieb “Malta’s Parliament – An Official History”, mill-Professur Godfrey A Pirotta, ippubblikat mill-Uffiċċju ta’ l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti u mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni, dalwaqt ikun għall-bejgħ mid-DOI, Valletta, mill-Banca Giuratale, Victoria Għawdex u mill-ħwienet ewlenin tal-kotba.

Il-ktieb bi 312 paġna, li hu stampat bil-kulur u li hu hardbound, ser jinbiegħ għal prezz ta’ Lm18.   Però l-prezz ta’ qabel il-pubblikazzjoni ser ikun ta’ Lm15.   Din l-offerta tagħlaq nhar it-Tnejn 17 ta’ Lulju.  Kull min hu interessat, jista’ jibgħat il-partikolaritajiet tiegħu flimkien mal-ħlas dovut, indirizzat lid-Direttur ta’ l-Informazzjoni, 3, Pjazza Kastilja, Valletta. 

Il-ktieb jirrakkonta l-istorja politika u l-evoluzzjoni tal-Parlament Malti mill-1800 sa l-2003, hu huwa maqsum fi tlett partijiet.   L-ewwel parti (1800-1921), bi studju ta’ l-andament tal-Kunsill tal-Gvern stil kolonjali, jesplora l-bidu ta’ Kamra parzjalment eletta u t-taqbida kontinwa għal gvern responsabbli. 

Fit-tieni parti (1921-1964), naraw kif ħadem l-ewwel gvern Parlamentari responsabbli, sax-xoljiment tiegħu fl-1933, meta l-Kostituzzjoni tal-1921 li kienet wellditu, l-ewwel ġiet sospiża u mbagħad irtirata.   Tingħata ħarsa wkoll lejn il-ġrajjiet li segwew sakemm reġa’ twaqqaf mill-ġdid gvern responsabbli fl-1947.   F’din il-parti, il-qarrej jiltaqa’ mad-diversi issues diskussi fil-Parlament u mal-proċess Parlamentari li laħaq il-quċċata tiegħu bl-Indipendenza ta’ Malta fl-1964. 

Fit-tielet parti (1964-2003), il-qarrej jesplora t-tranżizzjoni ta’ Malta għal Gvern Repubblikan, l-għeluq tal-bażi navali u l-implikazzjonijiet li dan ġab miegħu lejn Malta ħielsa mill-aħħar traċċi tal-kolonjaliżmu, u t-triq twila li wasslet għal sħubija fl-Unjoni Ewropea. 

Il-ktieb fih numru kbir ta’ ritratti ta’ diversi personalitajiet, fosthom l-Ispeakers kollha tal-Kamra tar-Rappreżentanti, il-Gvernaturi kollha, il-Presidenti ta’ Malta, il-Prim Ministri u uħud mill-Parlamentari Maltin.   Ritratti oħra juru ġrajjiet storiċi għal pajjiżna li seħħew kemm fil-Parlament kif ukoll barra l-Parlament.  Fil-ktieb insibu wkoll ritratti bil-kulur li juru l-maestà u s-sbuħija tas-Sala ta’ l-Arazzi li fiha kien jiltaqa’ l-Parlament, il-Kmamar fejn jiltaqgħu l-Kumitati tal-Parlament, swali u dettalji tal-Palazz, u s-Sala attwali fejn jiltaqa’ l-Parlament.

(i)front cover
(ii)
back cover
(iii) The author, Prof Godfrey A Pirotta presenting the publication to The President of Malta, H.E. Dr. Edward Fenech Adami

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow