IL-GVERN JIĊĦAD ALLEGAZZJONIJIET DWAR IR-RESPONSABILITAJIET TA' MALTA FIŻ-ŻONA TAS-SALVATAGG TAGĦHA
Il-Gvern isostni li mhux minnu dak li ġie rrapportat f’sezzjoni ta’ l-istampa illi minn għada l-1 ta’ Lulju 2006, l-Awtoritajiet Maltin se jkollhom ir-responsabilita’ li jdaħħlu fit-territorju Malti kull persuna li titlob l-għajnuna fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta. Il-pożizzjoni ta’ l-Awtoritajiet Maltin hi li, fil-waqt li huma responsabbli għall-ġestjoni u ko-ordinazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiż-żona Maltija tas-“search and rescue” (SAR), Malta hija responsabbli li ġġorr lejn pajjiżna biss:
| a) | dawk il-persuni li jkunu fi bżonn serju u bla rimedju (“irremediable distress”); u |
| b) | meta l-eqreb port ikun dak ta’ Malta; |
Għalhekk meta jkun hemm persuni fi bżonn serju fiż-żona tas-search and rescue Maltija u l-eqreb port ikun dak ta’ pajjiż barrani, il-Gvern Malti se jara li dawk fil-bżonn jittieħdu fl-eqreb port u mhux f’Malta. Dan huwa wkoll fl-interess ta’ min ikun fil-bżonn ta’ salvataġġ.
Malta rrifjutat li tiffirma u tirratifika r-regolamenti l-ġodda ta’ l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fejn il-pajjiż tal-SAR huwa responsabbli li jieħu fit-territorju tiegħu kull min ikun fiż-żona SAR tiegħu. Għalhekk Malta mhix marbuta b’dawn ir-regolamenti ġodda.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958