Left arrow Go Back

TNEDIJA TAS-SERVIZZ ĠDID GĦALL-ANZJANI - MESSAGE IN A BOTTLE

pr0986
Date Icon 30/06/2006

L-Onor. Louis Deguara, Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fi-Komunita’ u l-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ nedew servizz ġdid, Message in a Bottle, li qed jiġi offrut mil-Lions Club St Paul’s Bay. Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm ukoll is-Sur Ronnie Cauchi, President tal-Lions Club St Paul’s Bay, is-Sur Michael Shephard, incoming President, Emanuel Cardona, Direttur tal-Lions Club St. Paul’s Bay, is-Sur Remigio Zammit, mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, rapreżentanta mill-Casualty Unit ta’ St Luke’s, rapreżentanta mill-MUMN u rapreżentant mill-Kunsilli Lokali. 

Dan is-servizz qed jiġi offrut mingħajr ħlas, lill-anzjani li jgħixu waħedhom.  Dan is-servizz joffri serħan il-moħħ għaliex jassigura li f’każi ta’ emerġenza informazzjoni importanti tkun miġbura kollha f’kontenitur wieħed u tkun għad-dispożizzjoni ta’ dawk kollha li jaslu biex jagħtu l-ewwel għajnuna.  L-informazzjoni miġbura tikkonsisti f’dettalji ta’ mard, mediċini li jkunu qegħdin jieħdu l-anzjani, kif ukoll informazzjoni dwar il-carers u l-qraba ta’ l-anzjani. 

L-Onor. Louis Deguara filwaqt li rringrazzja lil-Lions Club għall-inizjattiva tagħhom, qal li l-kollaborazzjoni bejniethom ilha għaddejja għal ħafna snin. L-Onor. Deguara semma inizjattivi li ħadu l-Lions Club fil-qasam tas-saħħa matul is-snin.  Huwa semma l-Kampanja Sight First, li ġiet sponsorjata mil-Lions Club, fejn dawn ta’ l-aħħar taw 7 units għall-kontroll tal-glawkoma biex permezz tad-Dipartiment tas-Saħħa l-poplu jkun jista’ jeżamina l-kundizzjoni tal-glawkoma b’xejn. 

Tliet snin ilu l-Lions Club taw ukoll apparat għall-Bank tal-Għajnejn u kkontribwew biex 2 nurses jattendu kors fuq dan l-għan ġewwa l-Ingilterra. 

Min-naħa tagħha l-Onor. D’Amato filwaqt li faħħret lil-Lions Club għall-inizjattiva tagħhom, qalet li dan is-servizz il-ġdid jikkonsolida tajjeb max-xibka ta’ servizzi li jiġu offruti lill-anzjani.  Hija kompliet tgħid li Message in a Bottle joffri serħan il-moħħ kemm lill-anzjani kif ukoll lill-familjari taghħom. 

Il-kontenitur ta’ Message in a Bottle se jkun jista’ jinġabar fil-jiem li ġejjin mill-Kunsilli Lokali kif ukoll miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum li hawn imxerrda madwar Malta. 

Message in a Bottle beda fl-Ingilterra u sa issa hemm miljun u nofs anzjan li jużaw dan is-servizz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow