Left arrow Go Back

IL-GVERN SER IKOMPLI JKUN VIĊIN TA’ DAWK KOLLHA LI JAĦDMU FIS-SETTUR AGRIKOLU TA’ PAJJIŻNA

pr0983
Date Icon 30/06/2006

“Gvern qed juri bi-fatti kemm jimpurtah u jagħti importanza lis-settur agrikolu u li jrid ikun viċin tar-raħħala Maltin u Għawdxin kif dejjem kien fil-passat. Il-Gvern ser ikompli jgħati l-għajnuna kollha meħtiega tiegħu kif għamel u għadu jagħmel mall-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda”.

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari responsabli għall Biedja u Sajd, Dr Francis Agius, meta ndirizza l-bdiewa u r-raħħala miġbura ġewwa l-Buskett, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl, tradizjonalment mgħarufa bħala l-festa ta’ l-Imnarja. 

Dr Agius fakkar kif dan l-aħħar il-Ministeru ħabbar skema ġdida ta’ għajnuna li permezz tagħha raħħala fis-settur tal-ħalib se jibbenefikaw minn fondi għall-investiment fl-irziezet tagħhom.  

Il-fondi msemmija jaqgħu taħt l-iSpecial Marketing Policy Programme for Maltese Agriculture, kif ukoll l-iskema Meeting Standards mill-fondi ta’ l-Iżvilupp Rurali u miżuri oħrajn.  

Dr Agius spjega li l-investiment għandu jkompli jsaħħaħ it-titjib li sar s’issa fl-iġjene, farm management u animal waste management. Dan kollu għandu jwassal għal aktar effiċjenza jew cost-saving għar-raħħal individwali u titjib fis-set-up tar-razzett li jwassal għal impatt pożittiv fuq l-ambjent. Ta’ min ifakkar li s-settur tal-ħalib jiddependi ħafna mill-mgħalef imkabbar lokalment u dan dejjem kellu impatt pożittiv fuq l-ambjent u l-kampanja f’Malta u Għawdex. 

Dr Agius appella biex ir-raħħala japplikaw għall-iskema li fetħet fit-8 ta’ Ġunju u tagħlaq fis-27 ta’ Lulju 2006. Il-proposti tar-raħħala se jiġu evalwati minn kumitat tekniku. Dan kollu għandu jiżgura li s-settur tal-ħalib ikompli jissaħħaħ bil-għan li jibqa’ kompetittiv u jwassal lill-konsumatur prodott dejjem frisk u bnin. 

Hu ta sodisfazzjon kbir, qal Dr Agius, meta wieħed jara l-prodotti u l-bhejjem li jinġiebu fil-wirja tal-Buskett. Wieħed iħoss sens ta’ apprezzament għall-ħidma tal-bidwi u r-raħħal li ma jipproduċux biss il-ħaxix, il-frott u l-laħam għall-ikel, iżda huwa wkoll huma l-investituri fil-kampanja u fl-ambjent naturali tagħna. 

Dr Agius fakkar li minn stħarriġ li sar dan l-aħħar irriżulta li 95% tal-konsumaturi Maltin huma sodisfatti bil-kwalita’ tal-frott u l-ħxejjex lokali. Dan huwa l-aqwa vot ta’ fiduċja fix-xogħol bla heda li qed isir mill-bdiewa, ir-raħħala u l-agro-proċessuri u wkoll fil-ħidma u l-politika tal-gvern biex jgħin lill-bdiewa jsaħħu l-prodott agrikolu Malti fl-interess tagħhom u tal-konsumatur. 

Il-maġġoranza tal-Maltin jagħtu każ jekk il-frott u l-ħaxix (72.3%) u l-laħam (76%)  li jixtru jkunux lokali jew impurtat, bil-maġġoranza assoluta (71.3%) jippreferu jixtru frott, ħaxix, laħam u prodotti agrikoli oħra lokali milli prodotti impurtati.  Il-Maltin jippreferu jixtru prodott agrikolu lokali għaliex huwa iktar frisk, itjeb minn prodott impurtat, aktar ġenwin u li permezz ta’ hekk jaħsbu li jkunu qed jgħinu l-ekonomija u l-industrja lokali. Ukoll, 74% tal-Maltin isostnu li meta jixtru l-prodott agrikolu Malti ikunu qed jieħdu valur tajjeb għall-flus li jkunu qed iħallsu. 

Meta wieħed jara l-lista ta’ prodotti li jiġu esibiti f’din il-wirja, wieħed jinnota li fiha hemm għadd ta’ varjetajiet antiki li qajla ssibhom fis-suq. Il-fatt li s-Soċjetà Agrarja tibqa’ tħajjar lill-bdiewa u r-raħħala li jkomplu jrabbuhom u jiżirgħuhom huwa ta’ siwi immens għax kieku dan ma jsirx, dawn jintilfu.  

Ħajr imur għal dawk kollha li b’sagrifiċċju u amur proprju kbir jibqgħu inisslu u jrabbu dak kollu li fl-aħħar mill-aħħar huwa parti mill-patrimonju tagħna. Għaldaqstant, nagħti l-appoġġ u ħajr lis-Soċjetà Agrarja li giet imwaqqfa fl-1844, biex tkompli bil-ħidma siewja tagħha, temm jgħid Dr Agius.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow