STQARRIJA MILL-ONOR TONY ABELA, SEGRETARJU PARLAMENTARI BI TWEĠIBA GĦALL-KONFERENZA STAMPA TAL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI
pr0957
23/06/2006
B’referenza għall-Press Conference mogħtija mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni dalgħodu fil-kuntest tiegħi niddikjara li l-Onor. Dr. Alfred Sant m’huwiex korrett f’dak li qed jgħid billi l-ittra li hu qassam lill-istampa hu biss twettiq ta’ xogħol f’isem iċ-ċittadin.
- Din l-ittra tirreferi għall-applikazzjoni T/33/01 li saret minn ċertu Sur Ellul għall-fidi taċ-ċens tad-dar fejn hu residenti. Dan sar skond l-iskema li ħareġ Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, cioe’ li meta persuna tkun ordinarjament residenti fi proprjeta’ li suġġetta għal ċens temporanju li joriġina minnu qabel il-1979 u pagabbli lil-Joint Office, dan jista’ japplika biex jifdi l-istess ċens.
- Din il-formola hija waħda fissa li tirregola l-kalkolu skond l-ammont li jkun qed jitħallas u l-perjodu ta’ l-enfitewsi li jkun fadal.
- Meta l-Joint Office jaħdem din il-formola, tintbagħat ittra lill-applikant fejn jintalab jaċċetta l-prezz jew le, u ġieli jintalab li jforni xi dokumenti.
- Fil-każ tas-Sur Ellul dan intalab jagħti kopja legali ta l-aħħar riċevuta taċ-ċens.
- Bl-ittra tiegħi f’ismu ta’ l-24 ta’ Jannar 2005, il-Joint Office ġie nfurmat b’mod uffiċjali li hu aċċetta l-prezz ikkwotat mill-istess Joint Office u ntbagħatet id-dokumentazzjoni mitluba.
Tajjeb li l-poplu jkun infurmat li saru ’l fuq minn 2,000 (elfejn) applikazzjoni ta’ din in-natura. Il-kuntratti ta’ fidi, qeghdin jiġu ppublikati minn Nutar tal-Joint Office.
Dan l-Uffiċċju fost xogħol ieħor jara li skemi bħal dawn jitwettqu.
Dan kollu hu l-verita’ tal-fatti kif seħħew.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958