TWISSIJA MID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA PUBBLIKA GĦAS-SAJF / HEALTH WARNING BY THE DEPARTMENT OF PUBLIC HEALTH FOR SUMMER
Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jixtieq javża lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar ilma mis-soltu fix-xhur tas-sajf. It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf t’ ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta li wieħed jixxotta (dehydration), u jistghu jikkagunaw ukoll xemxata . Is-sħana tista’ taffetwa lil kulħadd, speċjalment anzjani, trabi, tfal żgħar, persuni li qed ibatu b’xi kundizzjoni kronika jew huma attivi ħafna, għandhom aktar ċans li jiġu affetwati.
Biex wieħed jevita dawn l-effetti, huwa mportanti li:
- Jekk hu possibli wieħed għandu jevita li joħroġ barra bejn 11.00am u l-4.00pm.
- Joqgħod f’postijiet friski fid-dar jew fil-post tax-xogħol.
- Jixrob regolarment u jiekol ikel frisk.
- F‘każ ta’ dubju jikkonsulta lit-tabib.
----------------------------------
The Department of Public Health would like to advise the public on the importance of keeping well hydrated during the hot summer months. High temperatures cause water to be lost from the body at quick rates resulting in dehydration. It can also lead to heat exhaustion or heatstroke. The heat can affect anyone but some people, including older people, babies and young children, people with chronic conditions and physically active people run a greater risk of serious harm.
To avoid the effects of the heat wave it is important to:
- Keep out of the heat by avoiding any unnecessary exposure to the sun during hot periods of the day usually between 11.00am till 4.00pm.
- To stay in the coolest parts of the home and work
- Drink regularly to make up for the losses and eat more cold food
- Seek medical advice if you have any concerns
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958