Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAL-KUNSILL TAL-KULLEGG MALTI TAT-TOBBA TAL-FAMILJA

pr0925
Date Icon 19/06/2006

Illum, il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi, iltaqa’ mal-Kunsill tal-Kulleġġ Malti tat-Tobba tal-Familja (Malta College of Family Doctors).  Il-Kulleġġ kien ġie mwaqqaf fl-1989 bil-għan li tkun promossa l-ogħla kwalita’ fis-servizzi ta’saħħa għall-familja. Dr Pierre Mallia informa lill-Prim Ministru bil-ħidma mwettqa mill-Kulleġġ matul dawn l-aħħar snin, fosthom l-iżvilupp ta’ taħriġ għat-tobba li parti minnu ġiet finanzjata mill-Unjoni Ewropea. Huwa rringrazzja lill-Gvern għall-appoġġ tiegħu u awgura li l-kollaborazzjoni li teżisti bejn il-partijiet tkompli tiżviluppa.  

Il-Prim Ministru rringrazzja lill-Kulleġġ għall-ħidma tiegħu kif ukoll wera l-apprezzament tal-Gven għax-xogħol li jiġi mwettaq mit-tobba tal-familja.  Il-Gvern jemmen li l-ħidma tat-tobba fil-komunita’ hija parti mill-pedament li fuqha tinbena socjeta’ f’saħħitha u għalhekk il-Gvern huwa determinat li jkompli jaħdem fil-qrib mal-Kunsill tal-Kulleġġ Malti tat-Tobba tal-Familja.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow