Left arrow Go Back

“Il-ħarsien tas-settur kummerċjali u d-dmirijiet ta’ dan is-settur lejn l-ambjent imorru id f’id” – IS-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

pr0908
Date Icon 15/06/2006

“Fl-implimentazzjoni tad-direttivi rridu nkunu intelliġenti bizzejjed biex fit-transposition tad-direttivi, filwaqt li nkunu ċerti li aħna qegħdin nilħqu l-objettivi tad-direttiva, bħal tal-WEEE jew oħrajn rigward il-ġbir ta’ l-iskart, fl-istess ħin noqgħodu attenti li ma noħolqux ċirkustanzi ta’ diffikulta’ għas-settur kummerċjali.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan fil-ftuħ ta’ seminar organizzat mill-istess Segretarjat flimkien mal-Europe Direct Info Relay Centre dwar l-immaniġġjar ta’ l-iskart. 

Dan is-seminar kien parti mill-inizjattiva tas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed biex aktar self-employed u sidien ta’ negozji żgħar jipparteċipaw fi programmi ta’ l-Unjoni Ewropea.  Fil-fatt, preżenti għal dan is-seminar kien rappreżentat mill-Institute for Energy, mill-Clean Energies Unit, European Commission Joint Research Centre, li tkellem dwar ‘Renewable Energy and the Treatment of Municipal and Agricultural Wastes’.  Din kienet opportunita’ għal dawk in-negozji żgħar kollha li b’xi mod huma nvoluti fl-ipproċessar ta’ l-iskart u f’enerġiji alternattivi biex jitkellmu ma’ espert li nġab Malta apposta permezz ta’ programm ta’ l-Unjoni Ewropea. 

Fil-fatt, preżenti għal dan is-seminar kien hemm rappreżentanti minn numru ta’ intrapriżi żgħar Maltin, kif ukoll rappreżentanti minn entitajiet oħra li huma nvoluti f’dan is-settur. 

L-Onor. Edwin Vassallo kompla jisħaq dwar l-importanza li meta direttivi Ewropej jiġu applikati għas-sitwazzjoni ta’ Malta, dan isir bil-ħsieb.  “Irridu noqgħodu attenti għaliex ħafna drabi l-implimentazzjoni ta’ dawn id-direttivi ma tfissirx biss spejjeż żejda fuq il-kummerċ, izda wkoll problemi loġistiċi li jagħmlu l-implimentazzjoni tad-direttiva impossibbli li sseħħ.  L-aħjar soluzzjoni tkun li fit-twettiq tad-direttivi nevitaw li ninkludu operaturi zgħar, u sidien ta’ negozji zgħar (retailers) li loġistikament ikun kwazi impossibbli għalihom li jimplimentaw id-direttiva.  Għalxejn inqabbdu xi operatur kummerċjali jiġbor xi fliexken, jew jilqa’ għandu ‘white goods’ li jridu jinġabru minħabba d-direttiva, jekk dan m’għandux spazju fejn jilqa’ l-iskart.  Ħwienet żgħar ma jistgħux jispiċċaw ‘waste dumping site’, inkella fil-komunitajiet tagħna, fuq livell lokali, ser ikollna problemi.” 

“Minn naħa l-oħra,” kompla s-Segretarju Parlamentari “ma nistgħux inpoġġu l-attivita’ kummerċjali quddiem kull obbligazzjoni li għandna lejn l-ambjent.  Irridu nkomplu naħdmu biex naraw li kull attivita’ kummerċjali u industrijali tkun konxja mill-obbligi ambjentali tagħha.  Li jkollna attivita’ industrijali jew kummerċjali li mhix konxja mill-ambjent ikun ta’ dannu għall-kwalita’ tal-ħajja li qegħdin ngħixu f’dan il-pajjiż.” 

Din l-inizjattiva tas-Segretarjat inħadmet ukoll biex l-attivita’ kummerċjali tkun aktar konxja mid-dmirijiet tagħha lejn l-ambjent, filwaqt li huwa dmir is-Segretarjat Parlamentari wkoll li jara li l-entitajiet regolatorji jkunu konxji ta’ l-attivitajiet industrijali u kummerċjali ta’ pajjiżna u ta’ kif direttivi jolqtu lil dan is-settur tant importanti għal pajjiżna.  “Dmirna hu li nqarrbu ż-żewg realtajiet lejn xulxin,” temm is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow