IL-PRIM IMĦALLEF JIRRITORNA MINN LAQGĦA EWROPEA FIL-POLONJA
Il-Prim Imħallef Vincent De Gaetano jinsab lura Malta wara li attenda l-laqgħa ta’ kull sena tan-Network of Presidents of the Supreme Judicial Courts of the European Union li saret f’Warsaw, fil-Polonja.
Dan in-Network ilaqqa’ flimkien il-Presidenti u Primi Mħallfin ta’ l-istati membri ta’ l-Unjoni Ewropea flimkien mal-Presidenti tal-Qorti Europea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.
F’din il-laqgħa, li saret nhar it-Tnejn 12 ta’ Ġunju, il-parteċipanti ddiskutew ir-relazzjoni bejn il-Qrati Supremi u l-fergħa Eżekuttiva tal-Gvern, kemm mill-aspett finanzjarju (ta’ budget) kif ukoll mill-aspett amministrattiv, kif ukoll it-temi relatati tal-mod kif jiġu maħtura l-imħallfin fuq dawn il-qrati u l-proċeduri dixxiplinari li jistgħu jittieħdu kontra tagħhom.
Nhar it-Tlieta 13 ta’ Ġunju, il-Presidenti u Primi Mħallfin iltaqgħu f’seduta konġunta ma’ l-Avukati Ġenerali u Prosekuturi Ġenerali ta’ l-istati membri ta’ l-UE għal diskussjoni fuq żewġ temi speċifiċi: il-liberta` tal-kelma u l-protezzjoni tal-ħajja privata u tar-reputazzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi, b’referenza partikolari għal membri tal-Ġudikatura, u l-freezing orders bħala strument fil-ġlieda kontra l-kriminalita`.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958