Abbożż ta’ Liġi li jemenda il-Kodiċi Ċivili.
Il-Gvern ippublika Abbożż ta’ Liġi li jemenda il-Kodiċi Ċivili. Dawn l-emendi jaħsbu sabiex:
1) Fil-Każ ta’ persuni mwielda barra ż-żwieġ, l-istatus ta’ l-omm bħala ġenitur wieħed, (“single mother”) ma jiġix indikat – għal skopijiet ta’ Privacy – fiċ-ċertifikat tat-twelid tat-tifel.
2) L-azzjoni kontra arrikiment mhux ġustifikat (unjustified enrichment), qiegħda tiġi espressament introdotta fil-Kodiċi Ċivili. Min jieħu vantaġġ mhux ġustifikat ghad-dannu ta’ ħaddieħor irid jikkumpensa għal dan.
3) Għall-ewwel darba, ċerti mobbli ta’ valur ikunu jistgħu jingħataw bħala garanzija għal self, bl-introduzzjoni ta’ privileġġi u ipoteki fuq ċerti mobbli li jistgħu jiġu elenkati b’avviż legali, li jġorru magħhom dak il-privileġġ u ipoteka anki meta jinbiegħu (“droit de suite”). Sal-lum dan ma kienx possibbli.
4) Għar-rigward tfal imwielda qabel Diċembru 2003 meta daħlu fis-seħħ ir-riformi fil-liġi tal-familja, il-missier li jixtieq jibda kawża ta’ denegata paternita’, biex jipprova li l-wild li jidher fuq ismu mhux tiegħu, jista’ jagħmel dan bir-regoli applikabbli għat-tfal imwielda wara dik id-data, basta dik l-azzjoni ssir sa l-aħħar ta’ l-2007.
5) Il-Qorti tista’ f’kawża ta’ separazzjoni wara li tkun iddeċidiet il-kawża u l-meriti tas-separazzjoni innifisha, tordna li l-kwestjonijiet ta’ dettal, bħal-likwidazzjoni tal-komunjoni ta’ l-akkwisti, isiru miċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958