STEJJER TA’ SUĊĊESS FIL-PARTEĊIPAZZJONI TAN-NEGOZJI ŻGĦAR U S-SELF EMPLOYED FI PROĠETTI FFINANZJATI MILL-UNJONI EWROPEA
Waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed l-Onor. Edwin Vassallo ltaqa’ ma’ l-ewwel 20 parteċipant li ħadu sehem fi proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, u li permezz tagħhom negozji Maltin qegħdin jiltaqgħu ma’ negozji oħra barranin sabiex jesploraw il-possibilta’ ta’ tkabbir fin-negozju tagħhom.
L-ewwel 20 parteċipant minn 300 li ser ikunu qed jipparteċipaw fi proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea din is-sena, ħadu sehem taħt żewġ proġetti ta’ koperazzjoni bejn il-pajjiżi, intitolati – BOSS (Business Opportunities and Services for Border Small-Micro Companies) u INCOME. Dawn il-proġetti nħadmu permezz tal-konsulenti Paragon Europe u Foundation for Women Entrepreneurs.
Permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom, dawn kienu l-ewwel għoxrin parteċipant li qegħdin jiltaqgħu ma’ negozji oħra bħalhom bil-ħsieb li jkabbru l-operat tagħhom jew jidħlu fi sħubija kummerċjali ma’ kumpaniji barranin. Fil-bidu ta’ Lulju ser ikun hemm aktar negozji li jipparteċipaw fi proġetti oħra. 50 negozjant, li ivarjaw minn tour operators u ċeramisti, ser jipparteċipaw taħt il-Proġett Medpot, li ser jgħaqqad flimkien iċ-ċeramika u t-turiżmu. 15-il negozjant ser jattendu għal laqghat one-to-one fuq moda u disinn, filwaqt li 15-il negozjant ieħor ser ikollhom l-opportunita’ li jattendu għal laqgħat one-to-one fuq l-industrija tad-dgħajjes.
Is-Segretarju Parlamentari l-Onor Edwin Vassallo qal “hija l-prijorita’ tal-Gvern li, permezz tas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, jkun qrib ta’ dawk kollha li huma responsabbli mill-promozzjoni u l-introduzzjoni tal-programmi ta’ l-Unjoni Ewropea, biex hekk naraw numru akbar ta’ sidien ta’ negozji żgħar li jipparteċipaw f’dawn il-programmi.
“Għal dan il-għan, is-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed qed iniedi diversi proġetti flimkien ma’ konsulenti privati sabiex in-negozji jkunu jistgħu jipparteċipaw fihom.
“Dawn il-konsulenti qegħdin ukoll jaħdmu flimkien mas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed sabiex bħala pajjiż inkunu nistgħu nagħmlu l-aħjar użu mill-programmi kollha disponibbli. B’hekk inkunu qegħdin ngħinu lin-negozji ż-żgħar jipparteċipaw fl-akbar numru ta’ programmi ta’ l-Unjoni Ewropea possibbli. B’hekk dawn ikunu jistgħu itejjbu lilhom infushom, l-operat tagħhom, u jagħmlu kuntatti ġodda sabiex jekk jista’ jkun ikabbru wkoll l-attivita’ kummerċjali tagħhom. Irridu li aktar negozji jiġu flimkien u jitkellmu sabiex is-sidien tan-negozji tagħna jfittxu kif jistgħu jkomplu jikbru barra minn pajjiżna filwaqt li jkabbru l-ġid tagħhom f’pajjiżna.
Is-Segretarju Parlamentari temm billi qal li “bl-Isħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea l-opportunitajiet żdiedu bil-bosta u hemm ħafna opportunitajiet u vantaġġi li nistgħu nieħdu, iżda issa rridu nkunu aħna li nagħrfu nagħmlu l-aħjar użu tagħhom”.
L-20 parteċipant fil-proġetti BOSS (Business Opportunities and Services for Border Small-Micro Companies) u Income kienu dawn.
BOSS
Konsulent fl-IT Konsulent Finanzjarju Galbest Cilia Products Mosta bacon Grano D'oro Nectar Barbeque World DMS Ltd Neriku Cilia Products Mosta bacon Nectar Barbeque World |
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958