KONKLUŻJONI TAL-KUMITAT TA’ L-APPLIKAZZJONI TA’ L-ISTANDARDS TAL-ILO
Il-Gvern illum ġie nformat bil-konklużjoni tal-Kumitat ta’ l-Applikazzjoni ta’ l-iStandards ta’ l-ILO dwar każ imressaq mill-GWU. Issa jmiss li l-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-ILO jieħu pożizzjoni dwar il-konklużjoni tal-Kumitat.
Fil-konklużjoni tiegħu dan il-kumitat qed jagħti parir lill-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-ILO li employers u unions għandhom ikollhom id-dritt li jinnegozjaw u jiftehmu jekk festa pubblika li taħbat is-Sibt jew il-Ħadd tiżdiedx mal-leave, u li fejn dan ikun diġa’ ġie miftiehem, il-ftehim kollettiv għandu jiġi osservat.
Dan ir-rapport ser ikun ikkunsidrat mill-Gvern wara li l-Bord tal-Gvernaturi tal-ILO jieħu pożizzjoni dwaru.
Il-Gvern irid ifakkar li l-artiklu fil-Liġi dwar il-Festi Pubbliċi li dwarha ikkonkluda dan il-kumitat tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol kien fil-fatt ġie mdaħħal minn Gvern immexxi mill-Partit Laburista.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958