Left arrow Go Back

Tkompli Ż-Żjara tad-delegazzjoni parlamentari mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin  u Ewropej fil-Litwanja

pr0857
Date Icon 08/06/2006

Fil-laqgħa li Delegazzjoni Parlamentari mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej kellha mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tal-Parlament tal-Litwanja ġiet diskussa l-ħtieġa li l-immigrazzjoni irregolari tiġi trattata fuq livell ta’ Unjoni Ewropea u li l-iStati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom juru solidarjeta’ konkreta ma’ Malta billi jkun hemm burden sharing ta’ din il-problema.  F’dan ir-rigward, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tal-Parlament tal-Litwanja, fuq talba tad-delegazzjoni Maltija, wiegħed li se jitlob lill-Gvern tal-Litwanja biex jikkonsidra jieħu numru ta’ refuġjati minn Malta bħala turija konkreta ta’ solidarjeta’. 

Fid-diskussjonijiet li kellha, id-delegazzjoni Maltija spjegat il-vantaġġi li Malta tista’ toffri lill-pajjiżi Baltiċi biex jippenetraw is-swieq ta’ l-Afrika ta’ Fuq u Lvant Nofsani minħabba r-rabtiet tajba li għandha f’dan ir-reġjun u peress li Malta hija l-uniku pajjiż li għandha ftehim mal-Libja dwar double taxation.  

Id-delegazzjoni parlamentari Maltija, li kienet immexxija mill-Onor Jason Azzopardi, Chairman tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, u magħmula mill-Onor Leo Brincat, l-Onor Jose’ Herrera u l-Onor Clyde Puli, żaret il-Finlandja, l-Estonja, il-Latvia u l-Litwanja, kellha taħdidiet fuq diversi suġġetti, fosthom it-turiżmu, l-introduzzjoni ta’ l-ewro, is-servizzi u t-teknoloġija ta’ l-informazzjoni,  li minnhom ħareġ ċar il-bżonn li pajjiżi żgħar għandhom jikkoperaw aktar bejniethom speċjalment fuq livell ta’ Unjoni Ewropea.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow