DELEGAZZJONI MILL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ FL-ESTONJA
Delegazzjoni Parlamentari mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej mmexxija mill-Onor Jason Azzopardi u komposta mill-Onor. Leo Brincat, l-Onor. Jose’ Herrera u l-Onor. Clyde Puli, waqt żjara li qed tagħmel fl-Estonja, elaborat dwar il-possibbilta’ li fid-dawl tar-relazzjonijiet li Malta għandha mad-Dinja Għarbija, Malta tista' tgħin lill-pajjiżi Baltiċi biex jippenetraw fis-swieq tal-Lvant Nosfani u ta' l-Afrika ta' Fuq u biex jużaw lil Malta bħala bażi loġistika għall-familji tagħhom.
Il-Parlamentari ta' l-Estonja wrew l-impenn tagħhom li l-Unjoni Ewropea jkollha l-politika komuni tagħha dwar l-immigrazzjoni llegali, minkejja li huma m'humiex milquta minn din il-problema daqs kemm hija milquta Malta. Ġie diskuss ukoll li l-Unjoni Ewropea għandha jkollha politika dwar l-Afrika biex il-problema ta' l-immigrazzjoni llegali tiġi attakkata mis-sors tagħha.
Flimkien ma' uffiċjali tal-Gvern ta' l-Estonja, id-delegazzjoni Maltija ddiskutiet l-aħħar żviluppi fl-informatika fiż-żewġ pajjiżi rispettivi, fosthom dwar l-e-government, l-e-health, e-voting u l-e-cabinet. Id-delegazzjoni Maltija semmiet il-proġett ta' Smart City u l-investiment kbir li Malta qed tattira f'dan il-qasam. Iż-żewġ naħat qablu li għandu jkun hemm aktar koperazzjoni f'dan il-qasam hekk importanti għall-iżvilupp tagħhom.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958