Left arrow Go Back

Wirja Annwali tal-Bonsai

pr0842
Date Icon 05/06/2006

“L-arti tal-bonsai tlaqqa’ flimkien l-arti, x-xjenza u l-imħabba lejn l-ambjent u b’hekk min jinvolvi ruħhu f’dan il-passatemp mhux biss jieħu gost u japprezza s-sbuħija tan-natura, imma jitgħallem dwar ix-xjenza u l-bioloġija li hemm wara kull siġra u pjanta kif ukoll jiżviluppa l-ħiliet artistiċi li jiġu mill-aprezzament tan-natura”  Dan qalu l-Ministru Louis Galea fil-ftuħ tal-15-il wirja annwali tal-Bonsai Culture Group.  Il-Bonsai Culture Group hi organizzazzjoni li għandha bħala mira li tħeġġeġ fost il-Maltin l-imħabba lejn in-natura u s-siġar partikolarment lejn is-siġar endemiċi ta’ pajjiżna.  

Il-Ministru Galea qal li fost it-tlett prioritajiet tal-Gvern insibu l-edukazzjoni u l-ambjent -  żewġ oqsma li fihom il-Gvern qed iwettaq ħidma intensiva b’investiment qawwi.  Hu faħħar il-ħidma tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura li qegħdin iġibu bidliet kbar fl-ambjent ta’ madwarna u qed jaħdmu id f’id mad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni biex it-tfal isiru aktar konxji mill-bżonn li nibżgħu għall-ambjent tagħna u naħdmu biex inkomplu ntejjbuh u dan permezz ta’ programmi u inizjattivi konkreti favur l-ambjent.   

Il-wirja qed tittella fis-Sala ta’ taħt il-knisja ta’ San Publiju fil-Furjana u tkun miftuħa nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju bejn il-11:00 u s-13:00 u bejn l-16:00 u t-20:00 u nhar il-Ħadd 4 ta’ Ġunju bejn id-09:00 u s-13:00 u bejn l-16:00 u t-20:00. id-Dħul huwa b’xejn. 

L-arti tal-bonsai bdewha iċ-Ċiniżi u warajhom, il-Ġappuniżi. Fl-1834, il-Ġappuniżi kienu għamlu l-ewwel wirja tas-siġar tal-'Bonsai' f’Pariġi u fl-1909 għamlu oħra f'Londra. Wara l-aħħar gwerra, l-arti tas-siġar tal-'Bonsai' bdiet tinfirex fil-Punent ukoll.  Hawn Malta, din l-arti dahlet u nfirxet sewwa, tant li l-Għaqda tal-'Bonsai', jew kif inhi magħrufa "Bonsai Culture Group", ilha ħafna mwaqqfa. Għalkemm ħafna jaħsbu li l-bonsai hi xi tip ta’ siġra partikolari, kważi kull tip ta’ siġra tista issir siġra bonsai u fil-fatt siġar endemiċi Maltin bħall-għargħar, żebbuġ, ħarrub, prinjol u ċipress huma fost is-siġar li wieħed jista’ jara fil-wirja.

F’Malta, Guzeppi Busuttil huwa meqjus bhala l-ewwel Malti li zamm u kabbar il-Bonsaj f'dawn il-gzejjer. In-namra tiegħu mal-arti tal-Bonsaj bdiet iktar minn ħamsin sena ilu, meta kwazi ħadd jew ftit li xejn kienu jafu xi ħaġa dwar l-arti tal-Bonsai f’pajjiżna. Is-sigar li kabbar Guzeppi huma ta' għamliet u sura li jvarjaw minn sempliċi, sa oħrajn mibrumin sew, imma lkoll huma maturi u ħafna minnhom għadhom sal-lum mimlijin ħajja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow