Left arrow Go Back

IŻ-ŻJARA TAL-PRIM MINISTRU F’LONDRA: JINDIRIZZA UDJENZA DISTINTA F’CHATHAM HOUSE U JKOMPLI BIL-LAQGĦAT TIEGĦU BĦALA CHAIRPERSON-IN-OFFICE TAL-COMMONWEALTH

pr0836
Date Icon 02/06/2006

Il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi illum kompla biż-żjara tiegħu f’Londra fejn indirizza udjenza distinta f’Chatham House, waħda mill-aktar  think tanks magħrufa fir-Renju Unit.  Fl-indirizz tiegħu, il-Prim Minstru tkellem dwar kif Malta qed tipprepara għall-introduzzjoni tal-Ewro.  Fost l-udjenza preżenti kien hemm il-Professur Edward de Bono, li mexxa il-lagħqa, membri ta’ Chatham House u organizzazjoniet oħra kif ukoll ġurnalisti Inglizi mill-BBC World Service, it-Times ta’ Londra u The Economist Intelligence Unit.

Uħud mill-mistoqsijiet li saru lil Dr Gonzi mill-pubbliku preżenti, kienu dwar l-immigrazzjoni illegali, ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-ġirien tagħha fil-Mediterranan kif ukoll il-Kostituzzjoni Ewropea u l-effetti tagħha fuq il-poplu Malti.

Aktar tard, il-Prim Ministru kompla bil-laqghat tieghu bhala Chairperson-In-Office tal-Commonwealth.

Huwa iltaqa’ ma’ Don McKinnon, is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth fejn iddiskuta miegħu l-iżviluppi fil-Commonwealth wara c-CHOGM li sar f’Malta ftit tax-xhur ilu.  Dr Lawrence Gonzi iltaqa’ wkoll mal-Kummissarji Gholja tal-Commonwealth u mal-istaff tas-Segretarjat tal-Commonwealth u l-Commonwealth Foundation.

Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Kummissarju Għoli għar-Renju Unit, Dr. Michael Refalo u mis-Sur Edgar Galea Curmi, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow