Left arrow Go Back

Impenn tal-Gvern favur mentalita’ imprenditorjali  fis-soċjeta’ tagħna

pr0833
Date Icon 02/06/2006

“Wara li ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn is-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed u l-MCAST, illum qegħdin inniedu dan il-proġett bi sħubija taħt dan il-qafas.  Dan il-proġett ser jagħti l-opportunita lil numru ta’ studenti biex jiksbu esperjenzi li ser jgħinuhom meta jiġu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.”  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ħabbar dan waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet flimkien mal-Prinċipal ta’ l-MCAST, Frank Edwards, u s-Chief Executive Officer ta’ l-ETC, Sue Vella.

Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, flimkien mal-Korporazzjoni ta’ l-Impjiegi u Taħriġ (ETC) u l-MCAST qiegħed jistieden lil studenti ta’ l-MCAST biex jipparteċipaw fi proġett ta’ mobilita’ li ser ikun qiegħed isir bl-għajnuna finanzjarja tal-Programm Leonardo da Vinci.  Permezz ta’ dan il-progett, li huwa ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, 51 student fl-apprentistat ma’ l-ETC ser ikunu qegħdin jingħataw l-opportunita’ sabiex jitharrġu aktar fuq is-self employment.  Dan il-proġett huwa ffinanzjat kompletament mill-Unjoni Ewropea, u hu mistenni li jiswa mal-EUR 80,000.

L-Onor. Vassallo kompla billi qal li “dan il-proġett ser jagħti iċ-ċans lil studenti Maltin sabiex imorru barra minn Malta għal tlett gimgħat biex jieħdu esperjenza ta’ xogħol f’kumpanija jew industrija differenti.  Minbarra li l-istudenti jkunu jistgħu jizviluppaw l-kapaċitajiet tagħhom bħala ħaddiema, dan il-proġett ser ikun qed jagħtihom iċ-ċans li jsiru jafu aktar lilhom innifshom, u jrawmu mentalita’ imprenditorjali b’perspettiva differenti lejn ix-xogħol u lejn is-self employment.

“Biex dan il-progett isehh, ser ikollna l-għajnuna ta’ skejjel, aġenziji u kumpaniji minn disa’ pajjiżi differenti, fosthom l-Italja, l-Awstrija, l-Belġju, l-Irlanda, u l-Ġermanja.  Il-postijiet tax-xogħol jistgħu jkunu f’pajjizi differenti skond it-tip ta’ xogħol u vokazzjoni li qegħdin jistudjaw l-istudenti.  Din l-esperjenza ssir fi gruppi ta’ mhux inqas minn erba’ apprentisti li jkunu jaħdmu fl-istess qasam.  Peress li l-postijiet huma limitati, jista’ jkun li jkun hemm bżonn li jsiru interviews.”

Illum saret sejħa għal studenti ta’ l-MCAST li qegħdin jagħmlu l-istudju tagħhom f’dawk il-vokazzjonijiet bħalma huma ċ-ċeramisti, electricians, hairdressers, mechanics, plumbers, panel beaters, mastrudaxxi, welders, printers, draughtspersons, technicians u oħrajn.

Is-Segretarju Parlamentari qal li “huwa l-impenn tal-Gvern li naraw li l-istudenti tagħna ikunu aktar kompetittivi.  Il-Gvern qiegħed jinvesti fit-tul fl-istudenti Maltin sa minn etajiet bikrija.  Illum qegħdin inħabbru proġett ieħor li ser ikompli jagħti dimensjoni ta’ imprenditorija lill-korsijiet vokazzjonali li l-istudenti tal-MCAST qegħdin jistudjaw.  Dan huwa proġett li għandu jkompli jnissel fl-istudenti tagħna dik il-mentalita’ imprenditorjali li tant għandna bżonn fis-soċjeta’ tagħna.  Il-Gvern qiegħed jaħdem b’kollaborazzjoni sħiħa ma’ diversi Ministeri, Dipartimenti u Awtoritajiet oħra f’dan il-qasam sabiex nirnexxu f’din il-missjoni komuni tagħna.  Is-Shubija tal-lum, ma’ l-ETC u mal-MCAST hija xhieda ta’ dan.  Dan il-progett għandu jgħin sabiex inkomplu nassistu lill-istudenti tagħna sabiex ipoġġu fil-prattika dak li qegħdin jitgħallmu.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow