IL-GVERN JAGĦMEL UŻU MILL-BIO-DIESEL IPPROĊESSAT MALTA
Madwar għoxrin vettura u inġenji oħra tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qed jutiliżżaw medda ta’ 150 litru fix-xahar ta’ Bio-diesel. Dan it-tip ta’ diesel ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u jista’ jintuża kemm minn inġenji mekkaniċi kif ukoll minn vetturi ohra.
Bħala parti mill-istrateġija tal-Gvern favur l-aħjar użu tar-riżorsi u b’inqas ħsara lill-ambjent, sa minn nofs Awissu tas-sena l-oħra, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura beda jagħmel użu mill-Biodiesel ipproċessat Malta.
Huwa rrappurtat li kien hemm żieda fid-domanda għal dan it-tip ta’ diesel, tant li llum il-ġurnata l-pubbliku, flimkien ma’ numru ta’ aġenziji oħra, kif ukoll numru ta’ Dipartiment tal-Gvern, qed jagħmlu użu minn dan il-Biodiesel għall-vetturi u l-inġenji tagħhom.
Minn naħa tiegħu, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qed jieħu diversi inizjattivi sabiex jiżdied il-konsum ta’ dan it-tip ta’ diesel.
Intant, skond kumpannija lokali li tipproċessa l-Biodiesel, Malta ġiet fit-tieni post fost il-pajjiżi Membri ta’ Unjoni Ewropea fejn jirrigwardja l-kwalità ta’ Biodiesel.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958