Left arrow Go Back

Skejjel fil-Kulleġġ tal-Kottonera b’Ħidma Flimkien Favur it-Tfal u l-Komunità tal-Kottonera

pr0789
Date Icon 26/05/2006
L-iskolasekondarja tas’-Subien Lorenzo Gafà, li jifforma parti mill-Kulleġġ tal-Kottonera illum nieda maratona ta’ 51 siegħa ta’ logħob tal-billiard (pool) bl-iskop li jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Bormliża Persuni b’Diżabilità, organizzazzjoni mill-Kottonera stess, li tagħmel xogħol importanti fost il-persuni b’diżabilità mit-tlett ibliet.  Il-Maratona ġiet inawgurata mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea u se tibqa sejra sal-Ħadd 28 ta’ Mejju f’nofsinhar.
Dinl-attività hi biss parti minn sensiela ta’ attivitajiet li din il-ġimgħa saru fil-Kulleġġ tal-Kottonera, li jiġbor fih l-iskejjel primarji ta’ Bormla, Birgu, l-Isla u l-Kalkara u l-iskejjel sekondarji tas-subien Lorenzo Gafà, il-Junior Lyceum tas-Subien Verdala, u l-iskola sekondarja tal-bniet Erin Serracino Inglott.  Minn din is-sena skolastika dawn l-iskejjel ingħaqdu flimkien fi ħdan il-Kulleġġ tal-Kottonera li hu wieħed minn tliet kulleġġi li qed jaħdmu bi prova, wara li s-sena li għaddiet il-Gvern ippubblika d-dokument dwar ir-riforma fl-edukazzjoni  “Biex Uliedna Jirnexxu Ilkoll”. Iż-żewġ kulleġġi l-oħra huma dak ta’ San Benedittu f’Ħal Kirkop u l-iskejjel tal-madwar u l-Kulleġġ ta’ Għawdex li jinkludi l-iskejjel kollha ta’ l-istat f’Għawdex.
l-attivitajietfil-Kulleġġ tal-Kottonera bdew nhar it-Tnejn li għadda, b’attivitajiet sportivi għall-iskejjel primarji kollha.  Fost l-attivitajiet ewlenin kien hemm ġimgħa dedikata lill-kotba u l-qari, laqgħat għall-ġenituri, preżentazzjonijiet mill-kunsilli lokali lill-iskejjel tal-Kulleġġ, attività sportiva fil-kumpless sportiv tal-Kottonera bil-parteċipazzjoni tal-ġenituri, mixjiet u treasure hunt, żjarat mill-iskejjel primarji fl-iskejjel sekondarji bl-iskop li jsiru midħla ta’ dawn l-iskejjel minn kmieni, workshops għand l-Aċċess, żjarat fil-Palazz ta’ l-Inkwiżitur, ġurnata ddedikata lit-teknoloġija, wirja dwar ix-xjenza, tournament ta’ l-istreet soccer, tal-billiard u tiġrija mill-iskola Lorenzo Gafà għall-Junior Lyceum tal-Verdala.
Fikliem il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea, dawn huma biss ftit mill-attivitajiet li qed jagħmlu dawn l-iskejjel flimkien u qed jidher ċar li anke fil-Kottonera l-iskejjel qed jaraw il-vantaġġi tal-ħidma flimkien fi ħdan il-kulleġġ u qed jaħdmu bi ħġarhom għall-benefiċċju ta’ l-istudenti u l-komunità tal-Kottonera.
LouisGalea qal li meta tintemm din is-sena skolastika se jibda x-xogħol fil-Junior Lyceum tal-Verdala biex l-iskola tinbena mill-ġdid u jkollha l-aqwa faċilitajiet bħal ma sar fil-Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Subien u kif qed isir bħalissa fil-Junior Lyceum tal-Ħandaq.  Louis Galea qal li anke l-kulleġġi privati u tal-knisja qed iħarsu b’mod pożittiv lejn il-Kulleġġi ta’ l-Istat, fil-Kottonera kemm id-De La Salle College u s-St. Edward’s College qed jissieħbu f’attivitajiet tal-Kulleġġ tal-Kottonera biex b’hekk in-networking bejn l-iskejjel ikompli jinfirex u jitjieb.
Kullskola tellgħet wirja ta’ xogħlijiet u l-istudenti żaru dawn il-wirjiet. L-istudenti ta’ l-iskejjel primarji tas-sitt sena mhux biss żaru l-iskejjel sekondarji imma ipparteċipaw f’lezzjonijiet waqt dawn iż-żjarat.
Fikliem il-Ko-ordinatriċi tal-Kulleġġ is-Sinjorina Salvina Muscat, il-ħidma bejn l-iskejjel tal-kulleġġ qed tagħti ħafna riżultati pożittivi u qed twassal biex l-iskejjel flimkien jimxu ’l quddiem.  Is-Sinj. Muscat qalet li hekk kif l-għalliema u l-kapijiet ta’ l-iskejjel bdew jiltaqgħu, bdew jiffurmaw rabtiet konkreti bejn l-iskejjel u dan wassal biex l-iskejjel verament iħossuhom parti mill-kulleġġ tal-Kottonera u parti minn tim ta’ professjonisti bi skopijiet komuni. Il-qofol ta’ dan kollu spikka waqt taħriġ professjonali li sar fil-ġranet li għaddew għall-għalliema kollha li jaħdmu f’dan il-kulleġġ.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow