Left arrow Go Back

“ĠBIR TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ŻGĦAR FIŻ-ŻONI INDUSTRIJALI” – SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

pr0782
Date Icon 25/05/2006

Bħala parti mill-ħidma tal-Gvern favur is-self employed u sidien ta’ negozji żgħar, is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed għaddej b’ħidma ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar dawk in-negozji li jinsabu f’żoni industrijali.  Dan qiegħed isir għal żewġ għanijiet, l-ewwel biex ikun hemm informazzjoni aktar kompluta dwar in-negozji li jinsabu f’dawn iż-żoni, kif ukoll biex din l-informazzjoni tintuża f’eżerċizzju ta’ marketing għall-istess negozji żgħar. 

Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed Edwin Vassallo organizza numru ta’ laqgħat f’kull żona industrijali.  Waqt dawn il-laqgħat huwa kien spjega li issa li x-xogħlijiet infrastrutturali huma kważi kollha lesti, imiss li tibda ħidma sabiex ikomplu jittejjbu n-negozji ta’ dawn iż-żoni. 

Is-Segretarjat għalhekk beda jiġbor informazzjoni biex: 

§          Jkun jista’ jpoġġi parti mill-informazzjoni li tinġabar fuq web-site ġdida li s-Segretajat qiegħed jipproduċi bħalissa.  Permezz ta’ din il-web-site, barra li wieħed ikun jista’ jkun jaf liema huma dawk in-negozji li jinsabu f’żona industrijali partikolari, ikun qiegħed jinbeda proċess ta’ marketing ta’ dawn in-negozji fost il-konsumaturi. 

§          B’din l-informazzjoni ser ikun possibbli wkoll li s-Segretarjat ikun jaf liema huma n-negozji u permezz tal-gazzetta Ħidmitna, li tiġi ppubblikata regolarment mis-Segretarjat, jiġi mqassam direttorju li juri pjanta bl-ismijiet tan-negozji li jinsabu fit-toroq kollha taż-żoni industrijali. 

§          B’dawn l-ismijiet tan-negozji, is-Segretarjat ikun jista’ jpoġġi fil-prattika idea ssuġġerita mis-sidien tan-negozji stess sabiex jitwaħħlu tabelli fil-kantunieri ta’ kull triq bl-ismijiet tan-negozji, biex b’hekk il-konsumaturi jkunu jistgħu isibuhom malajr. 

§          Bil-ġbir ta’ din l-informazzjoni ukoll, is-Segretarjat ikun jista’ jidentifika min għad m’għandux liċenza tan-negozju, u jgħin lil dawn in-negozji biex jiksbu din il-liċenzja, bl-inqas inkonvenjent u bl-inqas burokrazija possibbli. 

F’dawn l-aħħar xhur, is-Segretarjat ħadem biex il-proċess għall-applikazzjoni għal liċenza ta’ negozji ġie ssimplifikat ħafna, u llum huwa faċli ħafna li negozju japplika għal liċenza tan-negozju.  Ir-riżultati ta’ din il-ħidma jidhru fil-fatt li n-numru ta’ applikazzjonijiet għal liċenzi tan-negozju kibru.  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fil-fatt qal li l-għan tiegħu hu li “ninkoraġġixxi u niffaċilita kif wieħed jista’ jipproteġi lilu nnifsu billi jopera skond il-liġi.” 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow