Left arrow Go Back

Imtejjeb is-servizz għall-pazjenti ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex

pr0730
Date Icon 17/05/2006

Pazjenti li jagħmlu użu mis-swali ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex minn issa ‘l quddiem se jagħmlu użu minn sistema ta’ tqassim ta’ l-ikel li nbidlet  kompletament matul dawn l-aħħar ġimgħat. Dan qalitu llum l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, waqt l-inawgurazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ tqassim ta’ l-ikel, magħrufa bħala ‘pre-plating system’, għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex.  

Il-Ministru Giovanna Debono faħħret lill-amministrazzjoni ta’ l-isptar għall-implimentazzjoni ta’ diversi bidliet meħtieġa li saru fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, li jikludu titjib u modernizzar ta’ faċilitajiet u servizzi offruti.  

Is-sistema l-ġdida ta’ tqassim ta’ l-ikel issegwi l-inawgurazzjoni riċenti ta’ sala ġdida għall-każijiet Ġinekoloġiċi u l-immodernizzar tas-sala tal-Maternita’ u tal-Kwartieri tat-Tobba. 

Is-sistema l-ġdida tat-tqassim ta’ l-ikel twassal għal mod iktar iġjeniku fil-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ l-ikel, b’riżultat ta’ ikel bi kwalita’ ogħla fit-togħma u fil-preżentazzjoni li jiġi ppreparat mill-kċina ta’ l-istess sptar. 

Is-sistema l-ġdida tippermetti lill-ħaddiema tal-kċina biex jippreparaw l-ikel fi platti separati u ndividwali għal kull pazjent, li jitqiegħdu fuq trays apposta li jiġu konservati fi trolleys speċjalizzati li jżommu l-ikel sħun jew kiesaħ skond kif meħtieġ.  

It-trays imbagħad jitwasslu għand il-pazjenti ndividwali fis-swali, bl-ikel miżmum skond it-temperatura meħtieġa tal-platti separati. Il-proġett ħaseb ukoll għat-taħriġ tal-ħaddiema fi prattiċi moderni marbuta mal-preparazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ l-ikel fl-isptar. 

Il-Ministru Giovanna Debono qalet li l-investiment li wettaq il-Ministeru għal Għawdex matul dawn l-aħħar seba’ snin sabiex jitjiebu s-servizzi tas-saħħa u dawk anċillari qegħdin jinħassu ferm issa, wara li l-Ministeru nvesta fit-titjib tas-swali kollha ta’ l-isptar, l-introduzzjoni ta’ servizzi ġodda u t-titjib ta’ servizzi eżistenti, għalkemm dejjem jibqa’ x’wieħed jagħmel.  

Il-Ministru Debono qalet li l-Ministeru tagħha huwa kommess li jkompli jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tal-pazjenti kollha li jagħmlu użu mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex, anke jekk iż-żmien tagħhom fl-isptar tvarja.  

Is-sistema l-ġdida tat-tqassim ta’ l-ikel fl-isptar, imnedija uffiċjalment dalgħodu, se ttejjeb b’mod sostanzjali l-kwalita’ tas-servizz offrut lill-pazjenti li jagħmlu użu mis-swali ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.  

Il-Ministru Debono fakkret li din is-sistema l-ġdida hija l-unika waħda tat-tip tagħha li hi mifruxa fuq sptar sħiħ tal-Gvern fil-gżejjer Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow