Left arrow Go Back

PUNTI MID-DISKORS TA’ L-ONOR. DOLORES CRISTINA MINISTRU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOĊJALI WAQT SEMINAR ORGANIZZAT MILL-KUMMISSJONI NAZZJONALI TAL-FAMILJA FL-OKKAŻJONI TA’ JUM IL-FAMILJA – 15 .05.2006

pr0712
Date Icon 16/05/2006

§    L-ewwel nett, nixtieq insellem lil ommijiet kollha, b’tifkira tax-xogħol siewi li jagħmlu mat-tfal tagħhom. Nhar il-Ħadd kien Jum l-Omm, iżda nafu li ma kienux l-ommijiet kollha li setgħu jifirħu f’din il-ġurnata ddedikata lilhom.

§    Nixtieq niffoka fuq il-wellbeing tal-familja: Il-familja illum il-ġurnata qed isibu li jkollhom jiffaċjaw diffikultajiet fit-trobbija tat-tfal, u dan għal ħafna raġunijiet.

§    Il-ħajja kif konna nafuha u l-ħajja llum huma ferm differenti. Għalhekk, inbidlu wkoll ir-rwoli.

§    Għaddejna minn żmien fejn tajna ħafna mportanza lid-drittijiet ta’ l-individwu u din hija xi ħaġa tajba. Tkellimna dwar id-drittijiet u l-interessi tat-tfal imma naħseb li issa wasal ukoll iż-żmien li nitkellmu dwar ir-responsabiltà tat-tfal. Hemm bżonn li nedukaw lit-tfal tagħna biex jagħrfu li r-responsabiltà mhijiex biss piż. Trobbija tajba tfisser bilanċ bejn adult fir-rwol  ta’ ġenitur u adult fir-rwol ta’ ħabib.

§    Il-familja hi l-pedament ta’ pajjiżna. Ngħarfu li hawn stili ta’ ħajja differenti bejniethom u kulħadd irid jidħol fil-politika tal-pajjiż. Irridu nibnu ambjent tajjeb, kemm jekk qed nitkellmu dwar l-edukazzjoni, l-impenn finanzjarju, l-aspett spiritwali u wkoll ħajja mimlija saħħa. Irridu noħolqu aktar servizzi u policies li, għalkemm attwalment jeżistu u huma tajbin, dejjem hemm lok ta’ żvilupp u titjib. Jekk għandna politika għal kollox, għaliex m’għandniex ikollna waħda għall familja ukoll.

§    Eżempju ta’ prattika tajba huwa dak li naraw f’ċerti parroċċi fejn xi familji jgħinu fit-tmexxija ta’ familji oħra li jsibu ruħhom ’sitwazzjonijiet diffiċli. Dan żgur huwa eżempju b’saħħtu ta’ impenn fil-komunità.

§    Importanti nifhmu li biex nieħdu ħsieb it-tfal, hemm bżonn li nieħdu ħsieb il-ġenituri, u l-ewwel nies li jridu jifhmu dan huma l-ġenituri nfushom.

§    Nagħlaq billi nirringrazzja x-xogħol siewi li qed tagħmel il-Kummissjoni Nazzjonali Familja, u b’mod speċjali insellem liċ-Chairperson Angela Abela. Il-Kumissjoni qed tagħmel xogħol ta’ wara l-kwinti li qed iwassal għal ħafna rapporti utili sabiex l-Gvern ikompli jiżviluppa l-politika tiegħu fil-ħarsien tal-familja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow