Mhux ser ikun hemm aktar kwoti ta’ esportazzjoni tal-patata u dan għax issa Malta hija membru ta’ l-Unjoni Ewropea
pr0710
15/05/2006
| Din is-sena kellna | temp kiesaħ matul ix-xitwa, u din tista’ taffetwa xi ftit il-miri tagħna fl-esportazzjoni tal-patata għalkemm jidher li hawn suq tajjeb. Dan qalu is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u s-Sajd, Dr. Francis Agius. |
| Dr. Agius kompla jgħid | li hu nfurmat li din is-sena l-istaġun ta’ l-esportazzjoni ser jittawwal sakemm il-packhouses jibqa’ jkollhom id-domanda minn barra minn Malta . Dan huwa possibbli għall-fatt li mhux ser ikun hemm aktar kwoti ta’ esportazzjoni u dan għax issa Malta hija membru ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Il-kesħa ġabet | magħha xi diffikultajiet li kellna fil-bikri u li setgħu naqqsu l-produzzjoni tal-patata. Din is-sena l-patata lokali qed tiġi esportata lejn l-Olanda, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Isvizzera, u lejn ir-Renju Unit. Dan huwa suq liberu u diġa’ qegħdin nitgħalmu minn dan. Dr. Agius awgura lil dawn il-kumpaniji li sabu niċeċ ta’ swieq ġodda għall-prodott tagħna. Hu spjega kif fattur ieħor importanti hu, li anke dik il-patata rqiqa sabet is-suq tagħha. Dan ifisser li minflok li l-bidwi jieħu lura dik il-patata rqiqa li tgħaddi mill-għarbiel, issa qiegħed jesportaha wkoll. Dan ifisser aktar dħul għall-bidwi. |
| L-indikazzjonijiet | huma li l-prodott Malti sejjer tajjeb fis-Supermarkets fejn qed nesportaw, qal Dr. Agius, peress illi tejjibna l-kwalita’ tal-prodott. Illum Malta tesporta taħt il-Protokoll tal-Eurepgap, li qed jiġi ffinanzjat mill-Gvern Malti li minnu qed igawdi l-bidwi Malti. Il-Gvern flimkien ma’ l-importatur Olandiż, ħallas ukoll għal kampanja ta’ reklamar ħalli l-patata mkabbra lokalment tkompli ssaħħaħ is-suq taghha u dan biex jibbenefika minnu l-bidwi Malti u Ghawdxi. |
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958