Left arrow Go Back

Jiġi ċċelebrat Jum l-Omm fost l-Anzjani

pr0691
Date Icon 11/05/2006

L-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, is-Sinjura Mary Fenech Adami u s-Sinjura Kate Gonzi flimkien ma’ diriġenti ta’ Unions li b’xi mod huma konnessi mal-ħidma relatata mal-qasam ta’ l-anzjani, qassmu rigali lir-residenti nisa fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.  

Fost id-diriġenti tal-Unions li attendew għal din l-attivita’ kien hemm Rudolph Cini u Colin Galea mill-MUMN, Dr David Cassar mill-Maltese Psychiatric Association, Gejtu Tanti mill-UHM, is-Sur Tony Zarb u Saviour Sammut mill-GWU.

Is-Sinjura D’Amato f’kelmtejn li għamlet saħqet dwar l-importanza li niċċelebraw dan il-Jum kemm f’San Vinċenz kif ukoll fid-Djar Residenzjali li hawn imxerrda madwar Malta. Hija qalet li “s-soċjeta’ kollha għandha tkun rikonoxxenti lejn dawn l-anzjani li kkontribwew snin twal ta’ ħidma lejn il-familji tagħhom”.

Is-Sinjura D’Amato kompliet tgħid li “dan il-jum inissel fija emozjonijiet differenti. Il-ħsibijiet tiegħi llum imorru wkoll lejn: 

·     nisa li għandhom problemi ta’ fertilita’,

·     nisa li tilfu lil uliedhom, kif ukoll

·     nisa li ma jarawx rispett minn uliedhom speċjalment jekk dawn huma anzjani.

·     foster mothers li jilqgħu fil-familji tagħhom tfal li jsibu ruħhom f’diffikultajiet fil-familji naturali tagħhom

·     tant sorijiet li taw ħajjithom għal ħajja reliġjuża u li kienu sostituti ta’ l-omm naturali għal bosta tfal u żagħżagħ. 

F’din l-okkażjoni nixtieq nappella lill-ulied kollha li għalkemm ir-rispett lejn l-omm għandu jintwera matul il-jiem kollha tas-sena, madankollu dawn għandhom jieħdu din l-okkażjoni u jekk hemm xi differenzi bejnhom u bejn l-ommijiethom tagħhom, jagħmlu l-ewwel pass biex isewwu dawn id-differenzi.  

Nappella wkoll lill-ulied biex iżuru lill-ommijiet anzjani li hawn residenti kemm f’San Vinċenz, fid-djar residenzjali kif ukoll fid-djar privati tagħhhom. 

Fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja lill-mistednin li laqgħu l-istedina tagħna għal din l-attivita’ tal-lum, kif ukoll lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-qasam ta’ l-anzjani, għax-xogħol u d-dedikazzjoni tagħhom lejn l-anzjani li tant huma għal qalbna”.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow