Left arrow Go Back

Il-Gvern viċin is-Self Employed u n-Negozji Żgħar – Politika ta’ viżjoni u mhux politika ta’ fuq il-karta – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

pr0662
Date Icon 03/05/2006

Waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet, l-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, nieda r-rapport ‘Il-Gvern viċin is-SelfEmployed u n-Negozji Żgħar’, sabiex jindirizza l-isfidi li jiltaqgħu magħhom s-Self Employed u n-Negozji Żgħar fl-operat tagħhom.

Permezz ta’ rendikont dettaljat tal-laqgħat kollha li ġew organizzati mis-Segretarjat Parlamentari ma’ nies self employed u ma’ sidien ta’ negozji, f’diversi bliet u irħula Maltin, is-Segretarju Parlamentari spjega kif il-Gvern qiegħed jaħdem fil-viċin mal-GRTU u għaqdiet oħra li jirrappreżentaw lin-negozji sabiex ħafna mill-ilmenti jkunu jistgħu jiġu ndirizzati bl-aħjar mod bi qbil magħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo tkellem dwar kif l-ilmenti miġjuba għall-attenzjoni tas-Segretarjat Parlamentari huma fil-maġġoranza tagħhom diffikultajiet b’attenzjoni lokali bħalma huma l-parkeġġ, il-loading u l-unloading, il-wardens, is-CCTV cameras u diffikultajiet oħra relatati ma’ amministrazzjoni burokratika bħalma hi l-MEPA.  Ilment ieħor ġenerali kienet il-problema tal-prezzijiet għola ta’ dawl u ilma li hija problema li qed tinħass ukoll min-negozji kollha bl-istess mod. 

L-Onor. Vassallo qal li “fil-fehma tiegħi dawn id-diffikultajiet jixhdu li f’pajjiżna għandna ekonomija fuq numru ta’ operaturi li kull ma jmur qiegħed jikber, u l-attivita’ kummerċjali trid tkompli tikber; iżda loġistikament qed ikun hemm limitazzjoni minħabba d-daqs ta’ pajjiżna.  Din hija l-isfida li pajjiżna qiegħed jiffaċċja fil-preżent u rridu nitgħallmu nsibu bilanċ bejn it-tkabbir ekonomiku meħtieġ u l-iżvilupp sostenibbli ta’ pajjiżna.  Il-Gvern irid fuq kollox jara tkabbir b’mod partikolari f’setturi ġodda ta’ negozji li jħallu valur miżjud akbar f’pajjiżna. 

“Waħda mill-akbar osservazzjonijiet li nagħmel hija li f’pajjiżna irridu naraw li nbiddlu l-mentalita’ tagħna ta’ kif inħarsu lejn in-negozju.  Irridu nkunu aktar miftuħa għan-negozju, napprezzaw aktar lil min qiegħed fin-negozju u napprezzaw aktar lil min iħaddem.  Għandna bżonn ta’ infurzar, iżda nfurzar li hu regolat b’raġuni u mhux bi preġudizzju jew pika.” 

Is-Segretarju Parlamentari kompla jgħid li “pajjiżna jikber ekonomikament aktar ma niffaċilitaw in-negozju, għandna bżonn li niffaċilitaw in-negozju fl-ibliet u l-irħula tagħna, permezz tal-Kunsilli Lokali, li hemm bżonn li jinfetħu aktar għan-negozju. Nistgħu noħolqu aktar impjiegi u ġid f’pajjiżna iżda huwa l-imprenditur li joħloq ix-xogħol.  Dan huwa l-impenn tal-Gvern li permezz tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed jibqa’ viċin tas-self employed u s-sidien ta’ negozji żgħar, sabiex id-diffikultajiet u l-isfidi jkunu jistgħu jiġu ndirizzati.  In-Negozji u s-Self Employed dejjem jistennew aktar minn Gvern li qed iwettaq dak li jwiegħed, u dan għaliex għandu politika ta’ viżjoni u mhux politka ta’ fuq il-karta.” 

Is-Segretarju Parlamentari fil-konferenza ta’ l-aħbarijiet ta rendikont ukoll ta’ kif l-isfidi li jiffaċjaw in-negozji ġew indirizzati flimkien ma’ l-Awtoritajiet kollha tal-Gvern, filwaqt li ta wkoll rendikont tal-progress li ġie rreġistrat fuq kull sfida elenkata.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow