APPARAT TA’ POWER FACTOR CORRECTION JIĠI NTRODOTT FL-ISPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX
Apparat ta’ power factor correction se jiġi ntrodott fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex nhar il-Ħamis. L-apparat se jipprovdi stabilita’ u użu aħjar mill-provvista ta’ l-elettriku fl-isptar u allura jutilizza aħjar is-sorsi ta’ enerġija għall-isptar. Din hija inizjattiva oħra biex jitjiebu l-faċilitajiet fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
L-apparat se jiġi nstallat fl-isptar bejn it-8.00am u l-11.00am tal-Ħamis 4 ta’ Mejju 2006. Waqt il-ħin ta’ l-installazzjoni, ċerti żoni ta’ l-isptar jistgħu jkunu temporanjament mingħajr provvista ta’ l-elettriku. Is-servizzi ta’ l-emerġenza u servizzi oħra essenzjali ta’ l-isptar mhux se jiġu affettwati minħabba li se tkun qed tingħata provvista alternattiva ta’ dawl waqt il-ħin ta’ l-installazzjoni.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958