Left arrow Go Back

Il-Ministeru għal Għawdex jgħin lill-Gozo Youth Football Association

pr0554
Date Icon 11/04/2006

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex ippreżentat l-isponsorship ta’ Lm250 lill-Gozo Youth Football Association, bħala għajnuna lill-assoċjazzjoni biex tipparteċipa fil-Manchester Cup International Tournament li se jseħħ iktar tard din il-ġimgħa. 

Din hija l-ewwel darba li l-Gozo Youth Football Association qed tipparteċipa f’dan it-tournament, bis-sehem ta’ 17-il player ta’ taħt it-13-il sena li se jħallu Malta nhar l-Erbgħa.  

Hi u titkellem ma’ l-isportivi żgħażagħ, il-Ministru Giovanna Debono awguratilhom riżultati sbieħ kif ukoll li jgħaddu minn esperjenza pożittiva fil-ġranet li ġejjin. Hija qalet li bħala żgħażagħ, li se jiltaqgħu ma’ timijiet li ġejjin minn pajjiżi differenti, se jkunu l-ambaxxaturi ta’ Għawdex u għalhekk il-mod ta’ kif iġibu ruħhom jirrifletti fuq il-mod ta’ kif il-gżira t’Għawdex tidher f’għajnejn il-barranin.  

Is-Sur Felix Apap, president tal-Gozo Youth Football Association irringrazzja lill-Onor. Giovanna Debono ta’ l-interess tagħha fl-attivitajiet sportivi u ta’ l-għajnuna li tat sabiex il-ħolma ta’ dawn iż-żgħażagħ, li jilgħabu f’belt daqshekk prestiġġjuża, issir realta’. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow