Left arrow Go Back

PUBBLIKAZZJONI TAR-RAPPORT MILL-BORD TA’ INKJESTA DWAR IL-KAŻ TAL-MUDSLIDE FIX-XEMXIJA

pr0549
Date Icon 10/04/2006
Il-Ministrugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent illum għarraf lill-Kabinett bir-rapport tal-Bord ta’ Inkjesta li nħatar minnu biex jinvestiga l-każ tal-mudslide fix-Xemxija.  Il-Kabinett iddecieda li l-Gvern għandu jippublika r-rapport immedjatament.
Ir-rapportjikkonkludi li l-MEPA għandha responsabbiltà f’dak li ġara, jiġifieri li sar żvilupp illegali fuq is-sit bil-konsegwenzi li kien hemm, għaliex naqset li taġixxi b’mod determinat f’azzjoni ta’ infurzar skond il-poteri li tagħtiha l-liġi.
Għalkemmfl-aħħar snin kien reġistrat titjib fl-infurzar kif juru ċ-ċifri ppublikati, dan ir-rapport ta’ inkjesta juri li għad hemm lok għal aktar titjib fl-infurzar fuq l-iżvilupp li jsir fil-pajjiż.  Il-Gvern jesiġi li l-MEPA, u awtoritajiet regolatorji oħrajn, għandhom jiżguraw li fil-pajjiż ikun hemm level playing field fejn kulħadd jitqies indaqs u ħadd ma jitħalla jkun ’il fuq mil-liġi.  Din hija wkoll il-konklużjoni li jasal għaliha dan ir-rapport.
Il-Gvernjemmen li r-riżorsi ta’ l-infurzar tal-MEPA għandhom ikunu dedikati fuq bażi ta’ priorità, speċjalment fi proġetti maġġuri.
Iridjingħad li l-Gvern beda jeżamina l-proposti li joħorġu mir-rapport li huma intiżi biex jittejjeb il-proċess ta’ l-infurzar f’pajjiżna.  Il-Gvern huwa konxju mill-fatt li l-infurzar huwa proċess fundamentali fil-liġijiet ta’ l-ippjanar ta’ pajjiżna u għalhekk hu impenjat li jara li l-proċess ta’ infurzar jissaħħaħ dejjem aktar.
Ta’min jgħid li wħud mill-proposti nklużi fir-rapport diġà għaddej ix-xogħol fuqhom fosthom iż-żieda fil-multa għal min irid jissanzjona bini illegali.  Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kien kiteb lill-MEPA f’Novembru tas-sena li għaddiet fejn talab li jitlesta Avviż Legali biex ikun imsaħħaħ l-infurzar.  Il-Gvern qed jistenna li jingħata l-kummenti tal-Bord tal-MEPA biex ikun jista’ jdaħħal fis-seħħ dawn il-proposti.
Il-Gvernjinnota li r-rapport mill-Bord ta’ l-Inkjesta ma jidħolx fil-kwistjoni tas-sigurtà u d-drittijiet ta’ terzi persuni għaliex kif jgħid ir-rapport stess ”din hija materja vestita esklussivament fil-ġurisdizzjoni tal-qrati ordinarji ta’ ġurisdizzjoni ċivili u, għalhekk, dan il-Bord m’għandu l-ebda jedd jew setgħa li jinvestiga dan l-aspett.”
Il-Gvern hu impenjat li jara li l-iżvilupp f’pajjiżna jkun imħaresf’qafas ta’ leġislazzjoni effettiva li twassal biex jonqos kemm jista’ jkun l-impatt negattiv minn kwalunkwe żvilupp.   F’dan il-kuntest, il-Gvern jistenna li l-MEPA tkun f’qagħda ideali li twettaq id-dmirijiet tagħha ta’ għassiesa u tiżgura li jkun hemm rispett sħiħ lejn ir-regolamenti eżistenti.
Il-Gvernjemmen li l-liġijiet eżistenti fihom provvedimenti li jwasslu għal dan il-għan, iżda fl-istess ħin il-Gvern jibqa’ dejjem dispost li jikkunsidra suġġerimenti ta’ tibdil fil-leġislazzjoni eżistenti kemm-il-darba jkun konvint li dawn iwasslu għal infurzar aħjar.
Il-Gverngħadda wkoll kopja tar-rapport lill-Bord tal-MEPA biex ikun jista’ jiddiskuti dan ir-rapport u janalizza dawk il-proposti li jikkonċernaw l-operat tal-MEPA.
Il-Gvernjirringrazzja lill-membri tal-Bord ta’ l-Inkjesta għall-ħidma tagħhom li wasslet biex dan ir-rapport tlesta fiż-żmien stipulat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow