Left arrow Go Back

IMTELLA’ PROGRAMM SPEĊJALI FUQ STAZZJON TELEVIŻIV LOKALI MAĦSUB BIEX JIPPROMWOVI NEGOZJI ŻGĦAR F’ŻONI INDUSTRIJALI

pr0547
Date Icon 10/04/2006

“Bdiet titwettaq wegħda oħra li s-Segretarjat Parlamentari responsabbli min-negozji żgħar u s-self employed, kien għamel fil-programm ta’ hidma ta’ l-istess Segretarjat għas-sena 2005-2006.”

Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan waqt programm televiżiv li xxandar fuq stazzjon lokali fil-jiem li għaddew. Il-programm ta’ siegħa u nofs, gie trasmess tliet darbiet u kien eżerċizzju ta’ marketing favur in-negozji żgħar li jinsabu fiż-żoni industrijali tal-Ħandaq, l-iMrieħel, Ħaż-Żebbug u l-Mosta.

Sa ftit tax-xhur ilu, dawn iż-żoni industrijali kienu mitluqa, u s-sidien tan-negozji żgħar kienu qed iħossuhom żvantaġġati ħafna għal dawk li huma l-aċċessibilta’ u l-ambjent li kienu qed jaħdmu fih. Bl-għajnuna tas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed sar proġett ta’ diversi xogħlijiet infrastrutturali, u l-istess żoni inbidlu mil-lejl għal nhar.

Fil-programm ta’ hidma mniedi mill-istess Segretarjat f’Ġunju tas-sena l-oħra, fl-Inizjattivi għall-pjan ta’ hidma, taħt is-sezzjoni “Mezz irħas u eħfef biex jgħin in-negozji jibdew jaħdmu”, l-inizjattiva 14 tgħid hekk:

“...tingħata attenzjoni individwali lis-self employed li jaħdmu f’dawn iż-żoni industrijali biex dawn iż-żoni industrijali u s-self employed li jaħdmu fihom ikunu:

f Mgħejjuna biex kollettivament jagħmlu eżerċizzju ta’ marketing għall-prodotti u s-servizzi tagħhom kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq livell kollettiv.”

Kien għalhekk li wara li issa spiċċa x-xogħol infrastrutturali f’dawn iz-zoni, kien imiss li l-Gvern jitfa’ l-attenzjoni kollha tiegħu fuq kif nistgħu ngħinu aktar mill-qrib lil dawn in-negozji żgħar.

Huwa importanti li jkun il-Gvern li jagħti daqqa t’id u jikkoordina ħidma ta’ kif dawn l-istess negozji jkunu kapaċi jippromwovu aħjar is-servizzi u l-prodotti tagħhom kollettivament. Dan il-programm televiżiv kien l-ewwel pass f’din id-direzzjoni, u jidher li ntlaqa’ tajjeb. L-intenzjoni hi li jittellgħu programmi oħra simili, fejn negozji oħra jingħataw l-opportunita’ li jtejjbu il-marketing tagħhom, u jappellaw sabiex aktar konsumaturi jżuru dawn iż-żoni industrijali.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, waqt intervista f’dan il-programm ħabbar ukoll li dan il-programm huwa biss parti minn sensiela ta’ inizjattivi li s-Segretarjat beħsiebu jieħu favur in-negozji żgħar. Fil-jiem li ġejjin ser tkun qed tkompli tinġabar informazzjoni mingħand is-sidien sabiex jiġu ppubblikati direttorji ta’ negozji żgħar ta’ dawn iż-żoni industrijali. Bhalissa qed issir ukoll ħidma sabiex tiġi maħluqa website ġdida li tippromwovi dawn iż-żoni industrijali.

Dan kollu hu xhieda li l-Gvern, bħal dejjem, qed jerġa’ jżomm kellmtu, u jagħraf il-bżonn li jibqa’ jgħin lin-negozji żgħar f’pajjiżna. B’hekk biss nkunu qegħdin insostnu n-negozji, u filwaqt li niggarantixxu l-impjiegi f’dan is-settur, noħolqu opportunitajiet għal impjiegi ġodda.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow