Left arrow Go Back

Kontribut qawwi minn dilettanti u voluntiera

pr0543
Date Icon 09/04/2006

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech qal li minbarra s-sinifikat reliġjuż, li jibqa’ is-sinifikat ewlieni, il-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa kellhom ukoll sinifikat kulturali u tradizzjonali. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li f’dawn il-jiem f’Malta kollha jiġu organizzati diversi attivitajiet kulturali marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa. Hu qal li l-akbar attivita’ marbuta ma’ dawn il-jiem huma lpurċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. F’diversi lokalitajiet dawn il-purċissjonijiet jieħdu sura ta’ ‘pagaents’ bil-parteċipazzjoni ta’ mijiet ta’ persunaġġi li jilbsu lbies ta’ l-epoka. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li attivitajiet kulturali u tradizzjonali oħra marbuta ma’ dawn il-jiem jinkludu wirjiet ta’ statwi, wirjiet ta’ platti dekorattivi maħduma minn ross u prodotti oħra ta’ l-ikel, wirjiet tal-Mejda ta’ l-Appostli.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-wirjiet tal-Passjoni jinfirxu mal-pajjiż kollu u huma ta’ attrazzjoni sew għall-Maltin kif ukoll għall-mijiet ta’ turisti li jkunu f’pajjiżna f’dawn il-jiem.  

Fil-Marsa wkoll tittella’ wirja tal-Passjoni fiċ-Ċentru tal-Għaqda tal-festa taħt il-Knisja tas-Santissima Trinità. Hu qal li din il-wirja ta’ xogħlijiet li jfakkru l-Passjoni u l-Mewt ta’ Gesù sal-Qawmien Tiegħu mill-Mewt, hi waħda b’simboliżmu qawwi. Hu qal li kien għalhekk li kienet tiġbed lejha numru kbir ta’ viżitaturi. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien jemmen fil-kontribut importanti li jagħtu d-dilettanti u l-voluntiera biex jittellgħu wirjiet u jsiru ‘pagaents’. Hu qal li dan il-kontribut jwassal biex dawn l-attivitajiet mhux biss ikunu suċċess iżda biex aktar dilettanti jitħajjru u jorganizzaw dejjem aktar attivitajiet li aktar ma’ jgħaddi ż-żmien, aktar  qed isiru popolari. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Gvern jemmen bis-sħiħ li wirjiet bħal dawn huma reklam tajjeb għal pajjiżna u li dawn jiddistingwuna minn pajjiżi oħra u jagħmluna aktar Maltin. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow