Left arrow Go Back

TWEĠIBA TAL-GVERN LILL-GRTU DWAR L-OGĦLI FL-ISPIŻA TAL-ĠENERAZZJONI TA’ L-ELETTRIKU

pr0538
Date Icon 07/04/2006
Illumil-GRTU ħarget stqarrija fejn fiha tenniet il-pożizzjoni purament settorjali tagħha biex tikkritika l-ogħli fl-ispiża tal-ġenerazzoni ta’l-elettriku ikkawżat mill-ogħli fl-ispiża tal-prezz internazzjonali taż-żejt. Minflok irrikonoxxiet is-sewwa magħruf fejn iż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt fis-swieq internazzjonali qed jolqot l-istess il-pajjiżi kollha tad-dinja, l-GRTU qalet li l-ogħli hu kawża tal-pożizzjoni burokratika li qed tiġri f’Malta biss. Dan hu manefestament invenzjoni tal-GRTU. Il-fatti juru li l-Korporazzjoni Enemalta mgħejjuna mill-kumitat konsultattiv dwar ix-xiri taż-żejt irnexxielha konsistentament tixtri ż-żjut għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku bi prezzijiet orħos mill-medja tas-suq għall-Mediterran (PLATTS). Iżda l-ebda simpatija li jistgħa jkollu l-Gvern jew protesti fit-toroq li qed thedded bihom il-GRTU ma jistgħu jibdlu ir-realtà dinjija li ż-żjut illum jiswew ħames darbiet iktar milli  kienu jiswew għaxar snin ilu. Il-Gvern jaf u jifhem li l-ogħli fil-prezzijiet ta’ l-elettriku għandhom impatt mhux mixtieq fuq il-konsumaturi kollha iżda l-kritika tal-GRTU ma’ toffri ebda alternattiva għal kif l-ogħli fil-prezz internazzjonali jistgħa jitħallas mingħajr ebda konsegwenzi negattivi. Is-soluzzjoni tal-Gvern kienet li jħallas hu nofs l-impatt ta’ l-ogħli tal-prezzijiet u jqassam b’ġustizzja il-bqija ta’ l-impatt b’konsiderazzjoni speċjali għal familji li jiddependu mill-għanjuna soċjali u għas-setturi produttivi ta’ l-eknomija. Il-GRTU għandha tgħid x’ għandha tkun fil-fehma tagħha s-soluzzjoni alternattiva għal dan.
Il-fantasijilegali tal-GRTU dwar regolamenti immaġinarji Ewropej, huma prova ta’ l-idea żbaljata tal-GRTU li l-ogħli tal-kontijiet ta’ l-elettriku qed jiġri f’ Malta biss.
It-theddidatal-GRTU li torganizza protesti pubbliċi biex tagħmel pressjoni fuq il-Gvern biex jibdel dak li l-Gvern ma jistgħax ikollu kontroll fuqu (jiġifieri prezzijiet internazzjonali) huma theddida diretta għas-serenità ta’ l-ekonomija Maltija, theddida li diġa ġiet użata mill-GWU.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow