Għajnuna finanzjarja fuq it-trobbija tan-nagħaġ 2006
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qiegħed jinforma lill-produtturi tan-nagħaġ sabiex imorru japplikaw għall-għajnuna finanzjarja mgħotija mill-Komunita’ Ewropea fuq merħliet tan-nagħaġ.
Kull produttur li għandu ‘l fuq minn għaxar (10) nagħġiet li l-eta’ tagħhom hija ’l-fuq minn sena jew li diġa’ welldu, huma eliġibbli li japplikaw għal din l-għajnuna.
Wieħed jista’ japplika billi jmur fid-Diviżjoni għall-ħarsien ta’ l-Ikel u Attivita’ Veterinarja, il-Biċċerija, Marsa, Malta jew il-Biċċerija, Għawdex.
L-applikazzjoni jiftħu nhar it-Tnejn 3 ta’ April u tagħlaq nhar il-Gimgħa, 28 ta’ April 2006. Ħinijiet mit-8.00 a.m. sa 12.00 p.m. (nofsinhar) mit-Tnejn sal-Gimgħa.
Il-karta tal-identita’ tal-persuna li qiegħed japplika u n-numri taċ-Ċomb ta’ kull nagħġa jridu jiġu ppreżentati waqt l-applikazzjoni.
Other Press Releases:
PR261956
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...
PR261955en