Left arrow Go Back

Ippreżentat bi ktieb dwar artisti u parteċipanti fil-“Premio Arte 2004”

pr0491
Date Icon 30/03/2006

Carlo Jourdan twieled f’Turin l-Italja fit-30 ta’ Marzu 1971. Huwa miżżewweġ Maltija u llum għandu ċ-ċittadinanza Maltija. Sa minn ċkunitu, Carlo wera passjoni kbira lejn dak kollu li jirrigwarda l-arti viżiva. Hu beda jipprattika l-arti waħdu, kien jiffrekwenta spiss il-Mużew ta’ l-Arti Moderna f’Turin fejn ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ xogħlijiet ta’ artisti kbar bħal De Chirico, Burri, Morandi u oħrajn.  

Fl-1995 ġie Malta mal-familja u fl-2002 rebaħ it-tieni post fil-Biennale di Malta li tah il-possibilta’ li jipparteċipa f’diversi wirjiet kollettivi. Carlo pparteċipa f’wirjiet fl-Italja. 

Carlo Jourdan, li se jtella’ wirja tax-xogħlijiet tiegħu fil-lukanda Hilton fis-16 ta’ Ġunju, ippreżenta kopja tal-ktieb “Rassegna di artisti e partecipanti al Premio Arte 2004” maħruġ minn Mondadori ta’ l-Italja lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura. F’dan il-ktieb Giorgio Mondadori jikteb dwar Carlo Jourdan u jippreżenta pittura  collage, fuq tila, ta’ l-istess artist. 

Wara li kien ippreżentat b’dan il-ktieb, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li kien ta’ sodisfazzjon li artist imwieled l-Italja minn omm Maltija,  għażel li jistabilixxi ruħhu f’Malta fejn qiegħed anke jsegwi kors ta’ tagħlim fl-arti fl-iSchool of Arts il-Belt. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li Carlo Jourdan hu artist żagħżugħ li jipprometti u li minbarra l-ħidma tiegħu f’Malta diġa għandu kuntatti siewja fl-Italja li għandhom jgħinuh fil-karriera artistika tiegħu. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-inklużżjoni ta’ Jourdan fil-ktieb “Rassegna di artisti e partecipanti al Premio Arte 2004” għandha tkompli tpoġġi lil dan l-artist fuq il-mappa kulturali Taljana u hekk tgħinu fil-ħidma tiegħu. Il-Ministru Zammit Dimech awgura lil Carlo Jourdan aktar suċċessi fil-karriera artistika tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow