Left arrow Go Back

Imnedija s-CD ta’ Fabrizio Faniello “I Do”

pr0487
Date Icon 29/03/2006

Fabrizio Faniello se jirrappreżenta lil Malta f’Ateni l-Greċja fil-51 edizzjoni tal-Kanzunetta għall-Ewropa bil-kanzunetta “I Do” li rebħet il-Malta Song for Europe Festival” ta’ din is-sena. 

Din se tkun it-tieni darba li Fabrizio se jipparteċipa fil-Kanzunetta għall-Ewropa. Hu ħa sehem fl-edizzjoni ta’ l-2001 f’Copenhagen, id-Danimarka bil-kanzunetta “Another Summer Night” b’kitba ta’ Paul Abela u Georgina. 

F’Mejju 2001 Fabrizio nieda l-ewwel album tiegħu “While I’m Dreamin”. It-tieni album tiegħu “When We Danced” ħareġ f’tarf l-2003 u kellu suċċess kbir. Dan l-album kien il-bidu tas-suċċess internazzjonali għal Fabrizio wara li dan  ġie ppubblikat fi 30 pajjiż. 

Is-sena li għaddiet, fil-50 anniversarju tal-Kanzunetta għall-Ewropa, Fabrizio  kien mistieden jipparteċipa fil-wirja “Congratulations” li nżammet f’Copenhagen fit-22 ta’ Ottubru, 2005. Dan l-aħħar Fabrizio  ħareġ it-tielet album tiegħu “Believe”.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda uffiċjalment is-CD “I Do” waqt preżentazzjoni fil-Golden Tulip Vivaldi Hotel f’San Ġiljan. Il-Ministru Zammit Dimech qal li ma kellu l-ebda dubbju mill-kapaċitajiet ta’ Fabrizio Faniello li għal dawn l-aħħar snin kien ambaxxatur denju ta’ pajjiżna permezz tal-‘lingwa internazzjonali’ tal-kanzunetta. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li Fabrizio kien qed jipprepara lilu nnifsu sew għal dan l-avveniment li ta’ kull sena jwassal lill-poplu Malti jingħaqad wara r-rappreżentant tiegħu fl-Ewropa. Hu qal li Fabrizio Faniello kien diġa magħruf ma’ diversi stazzjonijiet tat-televiżjoni fl-Ewropa u anke minħabba l-ivjaġġar estensiv tiegħu fl-Ewropa għall-promozzjoni u ‘live shows’. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li f’isem il-poplu Malti u Għawdxi kollu xtaq lil Fabrizio Faniello kull suċċess.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow