Left arrow Go Back

JIDĦOL FIS-SEĦĦ L-AVVIŻ LEGALI LI JWASSAL GĦAT-TRANSPOŻIZZJONI TAD-DIRETTIVA TA’ L-GĦASAFAR TA’ L-UNJONI EWROPEA

pr0484
Date Icon 29/03/2006
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ippublika illum l-Avviż Legali li permezz tiegħu qed iwettaq it-transpożizzjoni sħiħa fil-liġi Maltija tat-Trattat ta’Adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea u l-provvedimenti tad-Direttiva ta’ l-Għasafar ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-pubblikazzjonita’ dan l-Avviż Legali qed issir wara proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kien nieda f’Settembru li għadda u wara li evalwa bir-reqqa s-sottomissjonijiet kollha li kienu mressqa.
Permezzta’ dan l-Avviż Legali, l-Kumitat ORNIS ser jibda jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, ibbażati fuq rapporti xjentifiċi, għad-deċiżjoni tal-Ministru dwar meta għandu jkun l-istaġun tal-kaċċa u teħid ta’għasafar kif ukoll dwar l-għasafar li jkunu jistgħu jiġu kkaċċjati u maqbuda f’dak l-istaġun partikolari.  Il-Kumitat ORNIS, li se jkollu tibdil fil-kompożizzjoni tiegħu, se jissaħħaħ billi ser jinkludi wkoll membri indipendenti minn kull organizzazzjoni li għandha x’taqsam kemm mal-kaċċa kif ukoll mal-konservazzjoni ta’ l-għasafar u persuni oħrajn esperti fl-oqsma ta’ l-avifawna u t-teħid ta’ l-għasafar.
L-istaġunta’ bħalissa, li jagħlaq fit-22 ta’ Mejju li ġej mhux ser ikun effetwat b’dawn ir-regolamenti.
Ta’min ifakkar li l-iskop tad-Direttiva ta’ l-Għasafar mhuwiex li twaqqaf il-kaċċa imma li tiżgura li l-kaċċa tkun sostenibbli u ma tipperikolax dawk l-ispeċi ta’għasafar li l-popolazzjoni tagħhom qed tonqos.
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ifakkar li huwa fl-interess ta’ kulħadd li jkun assigurat li kull attivita’ ssir f’parametri legali u bi prattiċi sostenibbli.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow